AVVIŻI 11-12 ta’Ġunju 2022 Parroċċa San Ġiljan

Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina

Nhar it-Tlieta fil-1715hrs ser isir it-tieni rehearsal fil-knisja parrokkjali.

Nhar il-Ħamis, mill-1730 sat-2000 ser ikun hawn il-Qrar għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, għall-ġenituri u għal kulħadd bi preparazzjoni għal-festa ta’ Corpus.

Nhar is-Sibt, 24 tifel u tifla ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.  Iċ-ċerimonja ser issir fil-knisja parrokkjali u tibda’ fl-10.30am.  Dakinnhar, il-quddiesa tad-0900am issir fit-8.30am.

Corpus: Nhar il-Ħadd wara l-quddiesa tas-7.00pm, toħroġ il-purċissjoni ta’ Corpus akkumpanjata mit-tfal li ser jirċievu l-ewwel Tqarbina.  Il-purċissjoni jkollha waqfa qasira fil-knisja l-antika fejn issir it-talba tal-konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesu’.

Festa ta’ Sant’Antnin:  Nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju ser tkun ċelebrata l-festa ta’ Sant’ Antnin fil-knisja Ta’ Lapsi.  Ser issir quddiesa akkumpanjata mill-kor fis-6.30pm fejn matulha jiġi mbierek il-ħobż ta’ Sant’ Antnin.  Din il-quddiesa ser tkun ukoll Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Fr Claude fi tmiem il-ħidma tiegħu bħala kappillan ghal dawn l-aħħar 19 il-sena.

Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa l-Gupp Ħbiberija ser jiltaqgħu għall-Quddiesa u ikla ġewwa l-Mellieħa.  Tluq minn Spinola fid-09.30am.  Dawk li jixtiequ jibbukkjaw transpot għandhom iċemplu l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tlieta.

Open Day: Nistednukom biex matul dan il-weekend iżżuru iċ-ċentru parrokkjali fl-open day li qed tkun organiżżata biex wieħed jara b’għajnejh u japprezza x-xogħol li sar. 

About the author

Ikkummenta