- Preparazzjoni għal-Ewwel Tqarbina:
- Nhar il-Ħamis fil-5.15pm sa ssir laqgħa fil-knisja parrokkjali għall-ġenituri tat-tfal li sa jagħmlu l-ewwel tqarbina fit-18 ta’ Ġunju. Matul din il-laqgħa se ssir ukoll ir-rehearsal għat-tfal. It-tfal flimkien ma ta’ lanqas ġenitur wieħed/wahda għandhom jatttendu.
- Nhar is-Sibt bejn id-9.30am u l-1130am sa jsir irtir fis-sala tac-centru tal-konferenzi għat-tfal li sa jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
- Sinodu tal-Knisja Kattolika 2021-2023. Il-Knisja universali qed tiġi msejħa mil-Papa Franġisku għal mixja sinodali bit-tema “Lejn Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni”. Kull parroċċa fid-dinja kollha msejħa tiddixxerni fuq l-aspetti tas-sinodalita’ li huma l-aktar relevanti għar-rejalta’ tagħha.
Għalhekk qed issir konsultazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-membri tal-parroċċa. Dawk kollha li huma nteressati li jgħinu f’din il-konsultazzjoni għandhom ikellmu lil Fr Paul Mizzi sa mhux aktar tard minn din il-ġimgħa.
Bħala parroċċa rridu nippreżentaw rapport bil-punti prinċipali miġbura minn din il-konsultazzjoni sa l-aħħar tax-xahar biex imbagħad dawn ir-rapporti, li sa jintbagħtu mil-parroċċi ta’ Malta, jiġu pproċessati mill-Kurja ta’ Malta u din tibgħat ir-rapport tagħha f’Awwissu lill-Vatikan.
- Open Day fiċ-Ċentru tal-Konferenzi. Nfakkrukom li l-Ħadd li ġej sa jkollna open day fic-Ċentru tal-Konferenzi bejn it-830am u n-1230pm fejn wieħed jista’ japrezza x-xogħol li sar.
- Quddiesa ta’ Ringrazzjament ta’ Fr Claude. Nfakkrukom ukoll fil-quddiesa ta’ Ringrazzjament li sa ssir fl-24 ta’ Ġunju fis 7pm fit-tmiem tal-ħidma pastorali ta’ Fr Claude f’din il-parroċċa. Nirringrazzjawh tax-xogħol u dedikazzjoni tiegħu f’dawn is-snin.
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Mejju għaddew għall-mistrieħ ta’ dejjem: Monica Camilleri, Emma Busuttil, Charmaine Picarelli, Maria Petronella Tanti, Joseph Busutil, Saviour Sammut u Connie Schembri. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem …