Dun Ġwann Caruana – Mexa’l-MIXJA kollha … issa wasal għall-VERITA’ minn Paul Aquilina

Ftit qabel ma ‘ Dun Gwann telaq għall-Brazil, niltaqa’ miegħu fi triqtu lejn is-Sardinella (qabel fetħet il-Pizza Hut) fejn kien sejjer flimkien ma’ sħabu s-sacerdoti  għall-ikla flimkien. Dak iz-zmien diġa’ beda jberren f’moħħi l-ideja li nqatta’ xi zmien il-missjoni. Għalhekk semmejtlu kif is-Socjeta’ tal-Museum kienet qed tifrex ħarsitha wkoll lejn pajjizi oħra u li jien wkoll kelli din il-ħajra. Niftakar li inkoraġġieni li nkompli fuq il-ħsieb.

Ħaġa li jien niftakar u nfakkar  hi l-bidu tar-rivista’ IL-MIXJA bl-isem sħiħ…tal-Komunita’ ta’ San Ġiljan lejn il-Verita’, li ma nkunx żbaljat jekk ngħid li hu kien il-promutur u l-ħsieb  warajha  sakemm mar il-Brazil. F’xi kummissjoni li kont fiha (ma niftakarx ezatt liema kienet) fejn hu kien preżenti, niftakar hu li kellu interess ħafna fil-media specjalment fil-kitba f’rivisti u ġurnali biex iwassal il-ħsieb nisrani u socjali, ma setax ma jippromoviex din l-ideja u jidħol għaliha b’ruħu u ġismu. Ma riedx xi fuljett b’erbgħa avvizi jew artikli purament devozzjonali! Ried tassew rivista li tagħti formazzjoni mhux biss informazzjoni u tkun dawl fil-mixja tagħna Nisranija anke bħala parroċċa. Waqqaf Bord Editorjali b’Editur lajk u kien ifittex artikolisti. Jekk miniex sejjer żball bdiet f’Settembru tal-1976 u damet toħroġ  għall-kwazi jew aktar minn 25 sena! – sakemm sfortunatament twaqqfet ħesrem.

Disinn ta’Albert Joseph Caruana

Tassew li Dun Ġwann, il-Viċi, fehem li ħajjitna hi Mixja lejn is-sewwa, il-fidi tagħna mhix espressa b’mod biss individwali imma essenzjalment  permezz u fil-komunita’. Din il-konvinzjoni li kellu trabbiet f’ San Giljan u saret siġra fil-Brazil. Iva Dun Ġwann mexa’ l-Mixja kollha u issa wasal għall-Verita’ kollha.

Paul Aquilina sdc

MUSEUM Poznan Polonja

About the author

Ikkummenta