AVVIŻI – PARISH NOTICES 13 – 14 t’Awwissu 2022

  1. Festa ta’ Santa Marija:  Nhar it-Tnejn niċċelebrawis-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema.  Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u 7.00pm.  Lejliet il-Festa, il-Ħadd filgħaxija, il-quddiesa tas-7.00pm tkun il-Vġili ta’ din is-Solennita’.
  • Festa ta’ San Ġiljan
  • Nhar is-Sibt, nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ġimgħa tal-Festa.  Fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola.  Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.  Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja.
  • Nhar il-Ħadd, fil-Knisja Parrokkjali, ser tiġi organizzata quddiesa għall-familji. Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li kienu żżewġu mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum, koppji li għalqu 25 jew 50 sena miżżewġin.
  • Iktar dettalji bil-programm sħiħ tal-festa jinsabu fuq il-website tal-Parroċċa.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel:  Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel, tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant tqiegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali li se jibqgħu hemm sal-Ħadd 21 t’Awwissu. Kull min jixtieq jikkontribwixxi finanzjarjament, jista’ wkoll.  Dawn jistgħu jintlaqgħu fl-Uffiċċju Parrokkjali. Nirringrazzjawkom bil-quddiem għall-għajnuna li dejjem tagħtuna.
  • Quddiesa tal-familji: Kull min jixtieq joffri għajnuna fil-quddiesa tal-familji jew anki tfal li jixtiequ jsiru abbatini jista’ jagħmel hekk billi jieħu formola minn fejn il-bibien tal-Knisja.
  • Ringrazzjament:  Nirringrazzjawkom tal-ġabra li għamilna għall-bżonnijiet tal-festa li leħqet is-somma ta’ €1,600.  Grazzi mill-qalb.

  1. Feast of St Mary: On Monday we celebrate the feast of the Assumption of Our Lady.  Mass times will be as follows: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am and 7.00pm.  On Sunday, the 7.00pm Mass is a Vigil Mass of this feast.
  • Feast of St Julian:
    • On Saturday, we commence celebrations with a Mass in Spinola Bay at 7.45pm. There will not be a Mass in the Parish Church at the same time.  A Lejla Maltija will be held in Spinola Bay after the Mass.
    • On Sunday there will be a Mass for families of the Parish. Those couples who were recently married, or married in the parish 25 or 50 years ago are especially welcome.
    • The full feast programme can be viewed on the Parish website.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission is currently collecting food items, detergents and toiletries for needy families in our Parish. All food items are to be placed in the baskets in the Parish Church, which will remain there until Sunday 21st August.  Monetary contributions will also help and may be received at the Parish office. We thank you in advance for your help.
  • Families’ mass: Anyone who wishes to offer help during the families’ mass or if anyone would like to become an altar server can do so by taking the application form from near the Church doors.
  • Appreciation: We wish to thank you for the donations made last week in aid of the feast. The collection amounted to €1600.  This is greatly appreciated.

About the author

Ikkummenta