Festa ta’ San Ġiljan
Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fuq il-website jew il-Facebook page tal-Parroċċa.
- Ħrug tal-Vara: It-Tnejn, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa u wara l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ min-niċċa u titwassal fuq iz-zuntier fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan.
- Jum l-Anzjani: Fis-6.30pm nhar it-Tlieta, fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
- Jum it-Tfal u l-Addoloxxenti
- Nhar l-Erbgħa ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-addoloxxenti fis-7.00pm u wara ssir manifestazzjoni għalihom bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjal sal-Knisja ta’ Lapsi, akkumpanjata mill-Banda Spinola.
- Jum l-Għaqdiet
- Nhar il-Ħamis issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Jiċċelebra l-quddiesa Mons Gwann Galea f’ għeluq is-sittin anniversarju mil-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.
- Jum il-Preżentazzjoni tat-trabi
- Il-Ġimgħa fis-6.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi ssir quddiesa u wara prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Wara tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
- Fis-7.00pm issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati t-trabi lil San Ġiljan.
- Lejliet il-Festa:
- Nhar is-Sibt, fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
- Fis-6.30pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Knisja Parrokjali. Wara ssir Quddiesa fis 7pm.
- Dakinhar fil-Knisja Parrokjali ikun hemm quddiesa waħda fis-7pm; jiġifieri ma jsirux waħda fis-6.30pm u oħra fit-7.45pm.
- Jum il-Festa:
- Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-11.00am u l-12.15pm.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
- Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan. Fid-dħul tal-purċissjoni tinġħata l-barka sagramentali.
Il-Festa t-tajba lil kulħadd