
- Griżma tal-Isqof: Nhar il-Ħadd li ġej fid-9.30am ser issir il-Quddiesa għall-Familji li matulha jiġu ppreżentati l-grupp tat-tfal tal-Griżma lill-komunita’ preżenti.
- Laqgħat għall-adoloxxenti: Infakkrukom li se jibdew laqgħat ġodda għall-adoloxxenti li rċevew il-Grizma tal-Isqof is-sena l-oħra u dawk li se jirċievu l-Griżma dan ix-xagħar. Dawn se jitmexxew mil-mexxejja tal-Y4J u se jsiru darbtejn fix-xahar nhar ta’ Sibt fis-Sala tal-Konferenzi u bejn l-4.00pm u l-5.30pm. L-ewwel laqgħa ser issir nhar is-Sibt 29 t’Ottubru. Applikazzjonijiet jistghu jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fil-bidu ta’ Jannar. Min hu nteressat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali.
- Il-fuljett Flimkien: Nixtiequ nkunu nafu ftit jekk il-fuljett Flimkien li qed jitqassam bil-posta hux qed jasal fid-djar tagħkom. Sintendi jekk mal-letter box għandkom ‘No Junk Mail’ mhux ser jasal għandkom. Tistgħu tagħtuna feedback fuq l-avviż li ttella’ fuq il-paġna tagħna fuq Facebook.
- Ġabra għall-Hospice: Il-ġabra li saret għall-Hospice Movement kienet ta’ €2195. Grazzi minn qalbna.
- Ġurnata Missjunarja: Il-ġbir kollu li se jsir matul il-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Missjoni fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Il-ħidma tal-missjunarji reliġjużi u lajċi hi li jibnu knejjes, imexxu skejjel, jikkuraw pazjenti, jilqgħu tfal u nies abbandunati, jipprovdu bżonnijiet essenzjali biex in-nies jgħixu ħajja b’dinjita’, jipprovdu formazzjoni lil katekisti u seminaristi u studenti reliġjuzi biex iwasslu l-Aħbar it-Tajba. Ejjew inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
- Sacrament of Confirmation: Next Sunday during the 9.30am Family Mass we will present the children receiving their Confirmation this month to the community.
- Meetings for adolescents: May we remind you that a new series of meetings are going to start for adolescents who received their Confirmation last year or will be receiving it this year. The meetings will be led by Y4J and will be held twice a month in the Parish Conference Hall on Saturdays from 4.00pm to 5.30pm.
- Cana Course: Those couples planning to get married within the next two years are encouraged to attend the Cana Marriage Preparation course. It will start on the 8th January and will be held on Sundays at 10.30am at the Conference Hall. Couples may apply at the Parish Office during office hours.
- Flimkien pamphlet: We would like your feedback as to whether you are receiving the Flimkien pamphlet that is being distributed by post. Of course, if you have a ‘No Junk Mail’ sticker you won’t receive it. We would appreciate your feedback on the relevant post on our Facebook page.
- Collection for Hospice: The collection in aid of the Hospice Movement amounted to €2195. We are very grateful.
- Mission Sunday: All collections during masses next weekend will be in aid of the Missions, on the occasion of Mission Sunday. The religious and lay missionaries have the task of building churches, running schools, caring for patients, welcoming children and abandoned people, providing basic essentials for those who need them to live with dignity, and providing formation to catechists, seminarians and relgious students to spread the Good News. Let us respond to Missio’s appeal who do so much good for our missionary brothers and sisters around the world.
Related