
- Ġurnata Missjunarja: Il-ġbir kollu li se jsir matul il-quddies ta dan il-weekend se jmur għall-Missjoni fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Il-ħidma tal-missjunarji reliġjużi u lajċi hi li jibnu knejjes, iżommu skejjel, jikkuraw pazjenti, jilqgħu tfal u nies abbandunati, jipprovdu bżonnijiet essenzjali biex in-nies jgħixu ħajja b’dinjita’, jipprovdu formazzjoni lil katekisti u seminaristi u studenti reliġjuzi biex iwasslu l-Aħbar it-Tajba. Ejjew inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
- Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof:
- Nhar it-Tlieta fis-7.30pm se jkun hawn rehearsal għat-tfal u l-parrini fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar il-Ħamis, se jkun hawn il-qrar bejn is-6.00pm u t-8.00pm għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma, ġenituri u parrini fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm se jirċievu l-Griżma tal-Isqof 38 tifel u tifla fil-Parroċċa tagħna. Inżommuhom fit-talb tagħna matul din il-ġimgħa.
- Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu se jkun hawn coffee morning fiċ-Ċentru.
- Laqgħat għall-adoloxxenti: Infakkrukom li se jibdew laqgħat ġodda għall-adoloxxenti li rċevew il-Grizma tal-Isqof is-sena l-oħra u dawk li se jirċievu l-Griżma dan ix-xagħar. Dawn se jitmexxew mil-mexxejja tal-Y4J u se jsiru darbtejn fix-xahar nhar ta’ Sibt fis-Sala tal-Konferenzi bejn l-4.00pm u l-5.30pm. L-ewwel laqgħa ser issir nhar is-Sibt li ġej. Applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
- Mother and Baby Club: Infakkrukom ukoll fil-Mother and Baby Club li qed jiltaqgħu fis-sala Papa Ġwanni Pawlu II kull nhar ta’ Tnejn bejn id-9.30am u n-12.30pm. Min jixtieq jingħaqad magħhom għandu jċempel lil Joyce Camenzuli fuq 21360710.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u se jibda fil-bidu ta’ Jannar. Min hu nteressat jista’ japplika fl-Uffiċċju Parrokkjali.
- Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
- Mission Sunday: All collections made during masses this weekend will be done in aid of the Missions, on the occasion of Mission Sunday. The religious and lay missionaries have the task of building churches, running schools, caring for patients, welcoming children and abandoned people, providing basic essentials for to those who need them to live with dignity, and providing formation to catechists, seminarians and religious students to spread the Good News. Let us respond to Missio’s appeal who does so much good with our missionary brothers and sisters around the world.
- Confirmation:
- A rehearsal for the children and godparents will be held on Tuesday at 7.30pm.
- Confession will be held on Thursday in the Parish Church from 6.00pm to 8.00pm for all children as well as their parents and godparents as a preparation for the Confirmation.
- The Confirmation celebaration will be held in the Parish Church on Friday at 7.00pm. Let’s keep the children in our prayers this week.
- Coffee morning: There will be a coffee morning on Tuesday morning at the conference hall.
- Meetings for adolescents: May we remind you that a new series of meetings are going to start for adolescents who just did their Confirmation or will be doing their Confirmation this year. They will be led by Y4J and will be held twice a month in the Hall on Saturdays from 4.00pm to 5.30pm. The first session will be on Saturday. Applications are available at the parish office.
- Mother and Baby club: May we also remind you about the Mother and Baby club that is meeting every Monday at Pope JPII Hall from 9.30am to 12.30pm. Anyone wishing to join in may call Joyce Camenzuli on 21360710.
- Cana Course: Those couples planning to get married in the next two years are encouraged to attend the Cana Marriage Preparation course. It will start on the 8th January and will be held on Sundays at 10.30am at the Hall. Couples may apply at the Parish Office during office hours.
- Winter Hours: Next weekend we shall by turning back the clock by one hour, so as from next weekend all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
Related