
- Ftuħ tas-Sena Kateketika: Din il-ġimgħa se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-Knisja Parrokkjali. Nhar it-Tlieta jibdew fil-5.00pm u nhar il-Ħamis jibdew fil-5.15pm. Dawk li sa jirċievu l-Griżma s-sena d-deiħla jiltaqgħu s-Sibt 15 t’Ottubru fil-4pm fic-Ċentru tal-Konferenzi kif avżati l-ġenituri permeżż ta’ email.
- Laqgħa għall-Ġenituri ta’ dawk li se jagħmlu l-Griżma: Din ser issir nhar il-Ħamis fis-7.30pm fis-Sala tal-Konferenzi.
- Beata Alexandrina: Waqt il-quddiesa ta’ filgħaxija nhar il-Ġimgħa se niċċelebraw tifkira tal-beata Alexandrina. Il-quddiesa tkun organiżżata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina.
- Ħarġa Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija. Min jixtieq jiltaqa’ għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tlieta.
- Ġabra għall-Hospice: Kif forsi tafu l-Hospice Movement tgħin ‘l fuq minn 1300 familji fil-bżonn u s-servizzi offruti huma kollha b’xejn. Illum ser ikun hawn xi voluntiera ta’ Hospice Malta barra l-bibien tal-Knisja qed jilqgħu donazzjonijiet wara l-quddiesa. Inħeġġiġkom biex tkunu ġenerużi.
- Opening of Catechism Year: The first meetings will be held this week on the opening of the catechism year at the Parish Church, where parents and children are required to attend. The Tuesday meeting starts at 5.00pm and Thursday meeting starts at 5.15pm. Those preparing for confirmation (next year) will meet on Saturday 15th at 4pm at the Conference Centre as indicated in the emails sent to parents.
- Meeting for parents: A meeting for the parents of those doing their Confirmation this month is going to be held at the Conference hall on Thursday at 7.30pm.
- Blessed Alexandrina: Friday marks the feast of Blessed Alexandrina and the evening mass at the Parish Church will be animated by the Apostolate of the Divine Mercy.
- Grupp Hbiberija Outing: Next Friday there will be an outing organised by Grupp Hbiberija. Anyone interested can call the parish office to book until Tuesday.
- Collection in aid of the Hospice Movement: As you know the Hospice movement assists over 1300 families in need and all services are offered free of charge. Today a collection is being made at the doors of the church after mass in aid of their mission. We urge you to be generous.
Related