- Tberik: Infakkrukom li din il-ġimgħa ser isir it-tberik fi Triq San Mark, Triq il-Kbira u Triq San Mikiel waqt li l-ġimgħa d-dieħla se jsir fi Triq Claire E Engel u The Podium u Medvista Blocks. Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqgħodu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Griżma 2023: Ser ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tas-sitt sena (is-sena tal-Griżma tal-2023) nhar l-Erbgħa fis-7.00pm fis-Sala tal-Konferenzi.
- Assemblea Djoċesana: L-Assemblea Djocesana din is-sena se ssir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa. L-Assemblea hi parti mill-proċess ta’ tiġdid fl-Arċidjoċesi Knisja Waħda Vjaġġ Wieħed, u se ssir b’rabta mal-mixja sinodali fil-Knisja kollha. Nitolbu biex tħalli ħafna frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta.
- Ħarġa Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija. Se ssir quddiesa fil-Millenium Chapel fid-9.00am u wara jsir brunch l-Alexandria Hotel, Paceville. Min jixtieq jiltaqa’ għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
- Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2022: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom jkellmu lil Fr Paul.
- Katekiżmu għat-tfal żgħar: Sa jerġgħu jibdew sessjonijiet tal-Katekizmu tar-Ragħaj it-Tajjeb li hu programm immirat għat-tfal bejn it-3 snin u l-5 snin. Dawn sa jibdew lejn l-aħħar ta’ Novembru kull nhar ta’ Tnejn fl-4.30pm. Min hu interessat li japplika għal dan il-programm jista’ jagħmel dan l-uffiċċju parrokkjali.
- Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li leħqet is-somma ta’ €1,825.
- Ġabra Għall-Iskejjel tal-Knisja: Bħal kull sena, il-Knisja qiegħda tappella għall-ġenerożità tal-membri tagħha biex jgħinuha tipprovdi l-mezzi finanzjarji biex l-iskejjel tal-Knisja f’Malta jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ’l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ. Għal dan il-għan, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
- Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill jixtieq javża li minn Diċembru ser jibdew isiru testijiet tal-pressjoni, taz-zokkor u tal-Body Mass Index b’xejn fl-Ufficcju tal-Kunsill kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar bejn it-8.30a.m u l-10.30a.m.
- Family visits: May we remind you that this week we shall be visiting families St Mark Street, Main Street and St Michael Street, while next week we will be visiting families in Claire E Engel Street, and The Podium and Medvista Blocks. Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
- Confirmation 2023: There is going to be a meeting for the parents of those children doing their Confirmation next year. The meeting will be held on Wednesday in the Conference Hall at 7.00pm.
- Diocesan Assembly: This year’s Diocesan Assembly will be held on Thursday and Friday. The Assembly is part of a renewal process in the Archdiocese One Church, One Journey, and is going to be held as part of the synodal process in the universal Church. Let us pray so that the assembly leaves the desired fruit.
- Grupp Ħbiberija outing: There is going to be a buffet breakfast organised by the Diaconia Commission on Friday. It will start with mass at 9.00am at Our Lady of Good Counsel Church in Paceville followed by a brunch at the Alexandra Hotel. One can call the parish office to book.
- Mass intentions 2023: Those wishing to book mass intentions for next year may contact Fr Paul.
- Catechism for young children: Catechism of the Good Shepherd classes shall be starting again. This programme is aimed at children aged 3 to 5 years. They will be held every Monday at 4.30pm and will be starting towards the end of November. One can contact the parish office to book.
- Appreciation: Thank you for the donations held in aid of the church last Sunday. The collection amounted to €1,825.
- Collection for Church schools: As in previous years, the Church is appealing to your generosity to provide the financial means so that it can continue in its education of thousands of children and youths. For this reason all collections in the coming weekend will be made for the Church School Fund.
- Local Council notice: The local council notifies that as from December they will be offering routine blood pressure, diabetes and body mass index tests every first Friday of the month between 8.30am and 10.30am.