
- Lectio Divina: Minn nhar it-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se nerġgħu nibdew bis-sessjonijiet tal-Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 2 fiċ-Ċentru. Wieħed jista’ ukoll isegwi online. Il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
- Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu se jkun hawn coffee morning fiċ-Ċentru.
- Adorazzjoni – Grupp Mt Tabor: Il-Grupp Kariżmatiku Mount Tabor qed jorganizza siegħa adorazzjoni nhar l-Erbgħa fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden.
- Talb għas-seminaristi: Nhar il-Ħamis fis-6.30pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Tkun segwita b’quddiesa animata mis-seminaristi stess fis-7.30pm. Tajjeb li nkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.
- Kunċert: Nhar is-Sibt se jsir kunċert bil-kor jismu Coro Polifonico di Roma fil-Knisja Parrokkjali fit-8.30pm.
- Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ikel għall-familji fil-bżonn. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem. Jekk hemm min din is-sena jixtieq joffri li jipprepara ikel għall-Milied biex noffru lill-familji, jista’ jkellimna.
- Sorijiet Klarissi: Nixtiequ ninfurmawkom li l-Kappella tas-sorijiet Klarissi ser tinfetaħ għall-pubbliku minn għada/illum. Il-ħinijiet tal-Quddies ser ikun mit-Tnejn sas-Sibt fis-6.45am u nhar ta’ Ħadd quddiesa waħda fl-10.30am.
- Avviż mill-KunsillLokali: Il-Kunsill Lokali jixtieq javża li kull min għandu ‘l fuq minn 18-il sena u jixtieq jieħu l-vaċċin tal-Omicron kif ukoll it-tilqima kontra l-influwenza jista’ jmur fl-uffiċċju tal-Kunsill nhar il-Ħamis bejn in-12.30pm u t-3.30pm bl-ID card u l-Covid immunization cards tiegħu.
- Lectio Divina: On Monday we shall be starting a series of Lectio Divina in preparation for Advent. They will be held in hybrid format, so one can follow at Room 2 at the Conference centre as well as online. The link will be accessible from our Facebook page during the day.
- Coffee morning: On Tuesday there will be a coffee morning in the Conference centre.
- Mount Tabor group Adoration: The Mount Tabor Charismatic Group is organising a one-hour adoration on Wednesday at 7.00pm in the Parish Church. Everyone is invited.
- Prayers for seminarians: There will also be an adoration on Thursday at 6.30pm at the Seminary in Rabat where special prayers will be said for the holiness of priests and new seminarians. This will be followed by mass at 7.30pm animated by the seminarians. Let us continue praying for new vocations.
- First Friday: Friday is the first Friday of the month. An adoration will follow the 6.30pm mass.
- Concert: There will be a choral concert organised by the Coro Polifonico di Roma and will be held at the Parish Church on Saturday at 8.30pm.
- Diaconia Commission: Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need. We thank you in advance. If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families, one can also contact us.
- The Poor Clares: The Poor Clares’ chapel is going to reopen for Mass as from tomorrow/today. Masses will be held from Monday to Saturday at 6.45am and on Sunday at 10.30am only.
- Local Council notice: The local council advises that all those over 18 who wish to take the vaccine against Omicron as well as the shot against the influenza may do so at the Local Council on Thursday between 12.30pm and 3.30pm.
Related