AVVIŻI – PARISH NOTICES 03 – 04 ta’ Diċembru 2022

Avviżi bil-Malti:

  • Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u l-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  • Kunċert:  Illejla (Is-Sibt biss) wara l-aħħar quddiesa hawn kunċert bil-kor jismu Coro Polifonico di Roma fil-Knisja Parrokkjali.
  • Appell: Nappellaw sabiex nattendu l-marċ għada/illum ilkoll flimkien fit-3.00pm fil-Belt Valletta biex l-abort ma jidħolx f’pajjiżna. Niltaqgħu u nitilqu minn ħdejn Kastilja.
  • Lectio Divina:  Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se nkomplu bit-tieni Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 2 fiċ-Ċentru.  Il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa ser isir it-tberik fi Triq William Prescott, Sqaq Ciantar, Triq Sant’Anglu u Triq il-Baħar l-Iswed, waqt li l-ġimgħa d-dieħla se jsir fi Triq il-Mediterran, Triq l-Adrijatiku, Triq Eġew u Triq it-Tirren.  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru u joqgħod f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.  Mingħajr appuntament ma jsirx it-tberik.
  • Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar l-Ħamis niċċelebraw is-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni. Tajjeb li wieħed jisma’ quddiesa.  Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa. Il-quddiesa tal-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni tkun solenni.
  • Kuncert: Nhar is-Sibt il-grupp Enkor se jtella’ kunċert bit-tema tal-Milied.  Dan se jsir fiċ-Ċentru taċ-CAK, B’Kara fis-7.30pm.
  • Kummissjoni Djakonija:  Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ikel għall-familji fil-bżonn. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.  Jekk hemm min din is-sena jixtieq joffri li jipprepara ikel għall-Milied biex noffru lill-familji, jista’ jkellimna.
  • Irtir tal-Avvent:  Nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru, festa nazzjonali, se jsir l-Irtir tal-Avvent. Nibdew bil-quddiesa tad-9am fil-Knisja Parrokkjali, imbagħad ninżlu fis-Sala taċ-Ċentru fejn jibdew is-sessjonijiet immexxija minn Fr Jimmy Bonnici.  Min jixtieq jibbukkja, jista’ jagħmel dan sa nhar il-Ġimgħa billi jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Kunċert Prelude to Christmas:  Nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru wkoll wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna kunċert tal-Milied mill-Amadeus Chamber Choir u bl-orkestra u solisti.  Dħul b’xejn.
  • Cake sale:  Il-weekend li ġej se jkun hawn cake sale u bejgħ ta’ mince pies għall-fund raising għall-Knisja.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Carmen Pace, Orazio Sciberras, Joseph Buttigieg, Elda Mizzi u Edgar Gambina.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

Parish Notices in English:

  • Collection:  This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish.
  • Concert:  There will be a choral concert organised by the Coro Polifonico di Roma and will be held at the Parish Church this evening (Saturday only) at 8.30pm.
  • Appeal:  May we appeal all to attend the march against the introduction of abortion in our country being held tomorrow/today at 3.00pm in front of Castille.
  • Lectio Divina: On Monday we shall have the second Lectio Divina in preparation for Advent at Room 2 at the Conference centre. One can also follow online through a link posted on our Facebook page on the day.
  • Family visits:  This week we shall be visiting families in Triq William Prescott, Sqaq Ciantar, Triq Sant’Anglu and Triq il-Baħar l-Iswed, while next week we will be visiting families in Triq il-Mediterran, Triq l-Adrijatiku, Triq Eġew and Triq it-Tirren.  Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.  House visits will only be done by appointment.
  • Feast of the Immaculate Conception: The Solemnity of the Immaculate Conception is celebrated on Thursday.  It would be nice to hear mass on the day. Mass times will be the same as weekdays.  The 5.30pm Mass at the Immaculate Conception Chapel will be solemn.
  • Concert: The Enkor Choir will be presenting a Christmas themed concert on Saturday at the CAK Centre in B’Kara at 7.30pm.
  • Diaconia Commission:  Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families, one can also contact us. We thank you in advance. 
  • Advent retreat:  The Advent retreat will be held on Tuesday 13th December, public holiday.  We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr Jimmy Bonnici.  Bookings may be made by calling the parish office until Friday.
  • Prelude to Christmas concert: After evening mass on Tuesday 13th December as well, Amadeus Chamber Choir, the orchestra and soloists will be presenting a Prelude to Christmas concert.  Entrance is free.
  • Cake Sale:  Next weekend there will be a sale of cakes and mince pies in aid of the Parish.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Carmen Pace, Orazio Sciberras, Joseph Buttigieg, Elda Mizzi and Edgar Gambina who entered eternal life during November. Eternal rest grant unto them O Lord…

About the author

Ikkummenta