AVVIŻI – PARISH NOTICES 10 – 11 ta’ Diċembru 2022

  • Lectio Divina:  Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se nkomplu bit-tielet Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 2 fiċ-Ċentru.  Il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa naslu fit-tmiem l-ewwel parti taż-żjarat tagħna fil-familji. Din il-ġimgħa nżuru l-familji li joqgħdu fi Triq il-Mediterran, Triq l-Adrijatiku, Triq Eġew u Triq it-Tirren.  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru u joqgħod f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.  Mingħajr appuntament ma jsirx it-tberik.  Jekk Alla jrid, nkomplu dawn iż-żjarat fit tieni ġimgħa ta’ Jannar.
  • Irtir tal-Avvent:  Infakkrukom li nhar it-Tlieta, festa nazzjonali, se jsir l-Irtir tal-Avvent. Nibdew bil-quddiesa tad-9am fil-Knisja Parrokkjali, imbagħad ninżlu fis-Sala taċ-Ċentru fejn jibdew is-sessjonijiet immexxija minn Fr Jimmy Bonnici.
  • Kunċert Prelude to Christmas:  Nhar it-Tlieta wkoll wara l-quddiesa ta’ filgħaxija l-Amadeus Chamber Choir  sa jtella’ l-kunċert annuwali tal-Milied fil-Knisja Parrokjali bil-partecipazzjoni tal-orkestra, solist u l-Marsa scouts bagpipes u drums.  Dħul b’xejn.
  • Adorazzjoni Mt Tabor: Nhar l-Erbgħa ikun hawn adorazzjoni ta’ siegħa tal-grupp kariżmatiku Mount Tabor fis-7.00pm.
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija.  Tluq minn Spinola fl-10.15am għal buffet lunch ġewwa l-Olea Restaurant fis-Salini Resort.  Min jixtieq jiġi, għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am. Nħeġġu lit-tfal biex iġibu l-Bambin tagħom biex jitbierek waqt il-quddiesa.
  • Presepju u Kuncert fil-Knisja ta’ Lapsi: Nhar il-Ħadd fis 7pm sa jiġi inawgurat presepju li ilu jinħadem minn Julian Scicluna għal dawn l-aħħar sentejn. Għal din l-okkażżjoni sa jkun hemm kuncert tal-Milied fis-7pm bil-partecipazzjoni tal-Coro Bel Canto u String Quartet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Herman Farrugia Frantz.
  • Kummissjoni Djakonija:  Għandna l-qfief fil-Knejjes kollha għall-ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min din is-sena jixtieq joffri li jipprepara ikel għall-Milied biex noffru lill-familji, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem. 
  • Cake sale:  Dan il-weekend hawn cake sale u bejgħ ta’ mince pies għall-fund raising għall-Knisja.
  • Christmas Village:  Il-Kunsill Lokali javża li nhar is-Sibt se jsir Christmas Village fil-Pjazza tal-Balluta. Jibda mill-10.00am ‘l quddiem. Id-dħul hu b’xejn.
  1. Lectio Divina: On Monday we shall have the third Lectio Divina in preparation for Advent at Room 2 at the Conference centre. One can also follow online through a link posted on our Facebook page on the day.
  • Family visits:  Ths week we finish the first session of family visits and we shall be visiting families in Triq il-Mediterran, Triq l-Adrijatiku, Triq l-Eġew and Triq it-Tirren.  Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.  House visits will only be done by appointment.  We shall resume these visits at the second week in January.
  • Advent retreat:  We remind you about the Advent retreat that will be held on Tuesday.  We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr Jimmy Bonnici. 
  • Prelude to Christmas concert: After evening mass on Tuesday, Amadeus Chamber Choir, will be presenting their annual Christmas concert at the Parish Church with the participation of the orchestra, soloists and Marsa scouts bagpipes and drums.  Entrance is free.
  • Mount Tabor adoration:  A one-hour adoration will be held in the Parish Church on Wednesday at 7pm by the charismatic group Mount Tabor.
  • Grupp Ħbiberija outing:  The Grupp Ħbiberija will be organising an outing on Friday.  We depart from Spinola Square at 10.15am for a buffet lunch at Olea Restaurant in the Salini Resort.  One can book by calling the parish office.
  • Family mass:  The 9.30am Mass at the Parish Church will be for families.  The children are encouraged to bring their baby Jesus to be blessed during the Mass.
  • Crib and Concert at Lapsi Church: A crib, made by Julian Scicluna, will be inaugurated on Sunday at 7pm. On this occasion, a concert, with the participation of Coro Bel Canto together with a String Quartet, under the direction of Mro Herman Farrugia Frantz, will be presented.
  • Diaconia Commission:  A reminder regarding the baskets placed in all churches for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families, one can also contact us. We thank you in advance. 
  • Cake Sale:  This weekend we are having a sale of cakes and mince pies in aid of the Parish.
  • Christmas Village: The Local Council notifies that there will be a Christmas Village on Saturday from 10am onwards in Balluta Square.  Entrance is free.

About the author

Ikkummenta