- Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara: Minn nhar l-Erbgħa, l-Insara kollha madwar id-dinja se jiċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Matul din il-ġimgħa, il-Knejjes differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku biex isseħħ l-għaqda fost l-Insara. It-tema ta’ din is-sena hi meħuda mill-ktieb tal-Profeta Iżaija: “Agħmlu t-tajjeb; fittxu s-sewwa” (1:17).
Għaldaqstant nhar il-Ġimgħa, fis-6:30pm, fil-Knisja ta’ San Nikola tal-Erwieħ, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Charles Scicluna u mexxejja ta’ Knejjes oħra f’Malta se jkunu qed jieħdu sehem f’servizz Ekumeniku.
Infakkrukom fl-obbligu tagħna li nitolbu għall-għaqda bejn l-insara ħutna.
- Grupp Ħbiberija: Nhar il-Ġimgħa se ssir il-ħarġa li jmiss. Din id-darba se jkolna quddiesa fil-kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ u jkun segwit minn brunch fil-Gillieru Restaurant. It-trasport jitlaq minn Spinola fid-9.00am u jerġgħa lura fis-1.30pm.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Lulju li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar is-Sibt 28 ta’ Jannar fis-6.00pm fis-Sala tal-Konferenzi tac-Ċentru. Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
- Fund raising party: Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Frar se jsir fundraising event għall-bżonnijiet tal-Parroċċa fiċ-Ċentru fis-7.30pm. Booking mill-uffiċċju parrokkjali minn nhar il-Ġimgħa.
- Week dedicated to Christian Unity: On Wednesday all Christians around the world celebrate the start of a week dedicated to praying for the unity of Christians. During this week all Churches join in for ecumenical prayer for unity among Christians. This year’s theme is taken from the book of Isaiah: “Learn to do right; seek justice.” (1:17)
For this reason on Friday at 6.30pm at the San Nikola tal-Erwieh Church in Merchant Street, Valletta, Archbishop Charles J Scicluna and other church leaders in Malta will be taking part in an ecumenical celebration.
May we remind you that we are obliged to pray for our brothers and sisters in Christ.
- Grupp Hbiberija outing: The next outing will be held on Friday. A mass will be held at St Paul’s Shipwreck church and will be followed by brunch at the Gillieru Restaurant. Transport leaves from Spinola at 9.00am and returns at 1.30pm.
- Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Saturday 28th January at 6.00pm at the St Julians Centre for those couples who are getting married until July this year and who completed the Cana Course. Bookings may be made by calling the Parish Office.
- Fund raising party: A fund raising event is going to be held on Friday 3rd February at 7.30pm. Bookings can be made at the parish office as from this Friday.