AVVIŻI – PARISH NOTICES 18 – 19 ta’ Frar 2023

  • Adorazzjoni:  Nhar it-Tnejn fis-7.00pm se ssir adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali għal aktar vokazzjonijiet.  Din se tkun immexxija mill-Patrijiet Kapuċċini.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq Forrest, Blokk C, D u E, u Triq Andre’ Maurois waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq E. Brockmann, Triq E. Savelli, Triq Carlo Zabarella, Triq H. Stumme, Triq Albert Mayr, Blocks F sa J, Triq is-Seqer, Triq l-Ispanjulett, Triq il-Klarissi u Triq il-Qalb Imqaddsa.  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqgħodu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • L-Erbgħa tal-Irmied: Jum ta’ Sawm u Astinenza.. F’kull quddiesa matul il-jum isir tqegħid tal-irmied.
  • Lectio Divina:  Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija (7pm) se nibdew bil-Lectio Divina għal żmien ir-Randan li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru San Ġiljan.  Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am.Nħeġġu lit-tfal li jattendu.
  • Ġabra għas-Seminarju:  Matul il-weekend li ġej se ssir il-ġabra b’risq is-Seminarju.
  • Flimkien. Fejn il-bibien tal-knisja għadkom issibu l-ħarga tal-Flimkien. Dan il-magazine mhux sa tibqa’ jintbagħat bil-posta minħabba li ħafna drabi ma kienx qed jasal. Għalhekk sa jibda johroġ kull xahrejn.

Naprezzaw jekk ikun hawn helpers li jqassmuuh fid-djar, Forsi ma nistgħux nilħqu l-parroċċa kollha, imma jekk kull persuna tieħu parti minn triq, flimkien naslu. Għalhekk dawk li jixtiequ jagħtu dan is-servizz nitolbuhom tgħidulna biex nkunu nistghu nikordinaw dan is-servizz. Naprezzaw jekk il-ministri straordinarji tat-tqarbin jieħdu koppja lil dawk li jqarbnu.

  • Adoration:  An adoration to pray for more vocations will be held on Monday at 7pm at the parish church. This will be led by the Capuchin Friars.
  • Family Visits: This week we shall be visiting families in Forrest Street and Blocks C, D and E in Ta’ Giorni while next week we will be visiting families in Triq E. Brockmann, Triq E. Savelli, Triq Carlo Zabarella, Triq H. Stumme, Triq Albert Mayr, Blocks F to J, Triq is-Seqer, Triq l-Ispanjulett, Triq il-Klarissi and Triq il-Qalb Imqaddsa. Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
  • Ash Wednesday – Day of abstinence and fasting: Ashes will be distributed during every Mass on the day.
  • Lectio Divina:  We shall be organising a series of Lectio Divina sessions throughout Lent.  The first one will be held on Friday at 7pm in room 3 at the St Julians Centre.  This will also be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
  • Family Mass: The 9.30am mass on Sunday will be for families.We encourage the children to attend.
  • Collection for the Seminary:  There will be a collection for the Seminary during next weekend’s Masses.
  • Flimkien. The magazine Flimkien will no longer be distributed via mail and will be issued every two months. You may find a copy by the doors of the church.

Those who wish to start distributing (even part of a street) please inform us in order to co-ordinate the deliveries. If everyone offers then we will be able to carry out the distribution and cover most areas within the parish. We encourage the extraordinary ministers of the Eucharist to take a copy to the housebound under their care.

About the author

Ikkummenta