AVVIŻI– PARISH NOTICES 25 – 26 ta’ Frar 2023

  • Ġabra seminarju:  Matul dan il-weekend qed issir il-ġabra b’risq is-Seminarju.
  • Eżerċizzi:  Minn nhar it-Tnejn nibdew kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd minn Patri Victor Paul Farrugia O. Carm fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm.  Dawn se jsiru kull nhar ta’ Tnejn sal-20 ta’ Marzu.  Nispiċċaw b’irtir tar-Randan filgħodu s-Sibt 25 ta’ Marzu.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq l-Ispanjulett, Triq il-Klarissi, Triq il-Qalb Imqaddsa u parti minn Triq il-Barbagann waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq Balbi, Triq Gorg P Badger, Triq Diodorus Siculus, Triq il-Kuccard, Triq id-Durrajsa, Sqaq is-Sigra u Triq Henry Calleja (li kienet Triq B’Kara).  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqogħdu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • Coffee morning:  Nhar it-Tlieta jkun hawn coffee morning fiċ-Ċentru għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.
  • Seminar: Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Mara, nhar il-Ħamis l-Għaqda Nisa Ġiljaniżi qed torganiżża seminar intitolat “Granet Isbaħ” fis-sala tal-konferenzi mid-9.30am san-12.30pm.  Kulħadd mistieden.
  • Talb għall-vokazzjonijiet: Nhar il-Ħamis fis-6.30pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, fis-7.30pm quddiesa. Tajjeb li nattendu u nkomplu nsostnuhom bit-talb tagħna.
  • L-ewwel Gimgħa tax-xahar uLectio Divina:  Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija (7pm) se jkollna t-tieni-Lectio Divina u l-Adorazzjoni fil-Knisja.  Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Collection for the Seminary:  A collection for the Seminary is being made during this weekend’s Masses.
  • Spiritual Exercises:  A course of spiritual exercises will be starting on Monday at 7pm at the Parish Church.  They will be led by Fr Victor Paul Farrugia O. Carm.   These will be held every Monday until the 20th March and will be followed by the morning retreat on Saturday 25th March.
  • Family Visits: This week we shall be visiting families in Triq l-Ispanjulett, Triq il-Klarissi, Triq il-Qalb Imqaddsa and part of Triq il-Barbagann, while next week we will be visiting families in Triq Balbi, Triq Gorg P Badger, Triq Diodorus Siculus, Triq il-Kuccard, Triq id-Durrajsa, Sqaq is-Sigra and Triq Henry Calleja (formerly Triq B’Kara).   Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
  • Coffee morning: There is going to be a coffee morning in the Conference Hall on Tuesday morning and proceeds will be in aid of the Parish.
  • Seminar:  A seminar entitled “Nicer Days” is being held on Thursday on the occasion of Women’s Day at the conference hall from 9.30am to 12.30pm. This is open to all.
  • Prayers for vocations:  On Thursday at 6.30pm at the Seminary in Rabat, there will be an adoration for the holiness of priests and for more vocations, followed by Holy Mass at 7.30pm.  We encourage you to attend to continue supporting priests with our prayers.
  • First Friday and Lectio Divina:  On Friday being the first Friday of the month we shall have the Adoration and the second Lectio Divina at the Parish Church.  This will also be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.

About the author

Ikkummenta