AVVIŻI – PARISH NOTICES 4 – 5 ta’ Frar 2023

  • Ġabra: Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġabra li sa ssir sa tkun b’risq l-ispejjeż tal-parroċċa.  Bħalissa qed isiru ħafna spejjeż ta’ manutenzjoni fis-sagristija ta’wara it-Tebernaklu u l-bitħa li hemm biswit. Nirringrazjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq Ta’ Giorni, Triq Nicholas Monserrat, Triq E.W. Schemerhorn u Triq Abbe’ de Vertot waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq il-Bosfru, Triq Sirti u Triq l-Arznu, u Blokk A u Blokk B f’Ta’ Giorni.  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqgħodu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • Assemblea Parrokkjali:  L-Assemblea Parrokkjali se ssir nhar l-Erbgħa fis-7.00pm fis-sala tal-konferenzi.  It-tema ta’ din is-sena hi Knisja li Takkompanja.  Kulħadd hu mistieden.
  • Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.  Infakkrukom li hija Festa kmandata. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, fid-9.00am fil-Knisja ta’ Lapsi, fid-9.30am, fil-11.00am u fis-6.30pm.  Ma jkunx hawn quddiesa tal-12.15pm.  Il-quddiesa tal-Ħamis filgħaxija tkun tgħodd għall-festa.
  • Marriage Works Group:  Nhar is-Sibt ser ikollna l-laqgha ta’ kull xahar għall-koppji. Koppji huma mistiedna li jattendu.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Mary Charles, Michael Angelo La Rosa, Lydia Zammit, Joseph Zammit, Margherita Cini, Zachary Calleja, Giuditta Valentino, Giljan Caruana u Doris Vella.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collection:  This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish.
  • Family Visits: This week we shall be visiting families Triq Ta’ Giorni, Triq Nicholas Monserrat, Triq E.W. Schemerhorn and Triq Abbe’ de Vertot while next week we will be visiting families in Triq il-Bosfru, Triq Sirti and Triq l-Arznu, and Blocks A and B in Ta’ Giorni.  Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
  • Parish Assembly: We will be having the parish assembly at the conference hall on Wednesday at 7pm.   This year’s theme is A Church that Accompanies.  Everyone is invited to attend.
  • Solemnity of St Paul’s Shipwreck: We celebrate the feast of St Paul’s Shipwreck on Friday.  Mass times will be at 8.00am, 9.00am at Lapsi Church, 9.30am, 11.00am and 6.30pm.  There will be no 12.15pm Mass. The Thursday evening mass is valid for the feast.
  • Marriage Works Group: On Saturday there is the Marriage Works Group monthly meeting.  The meeting will be held at JPII Hall at 7.15pm.  Married couples are encouraged to attend.
  • Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Mary Charles, Michael Angelo La Rosa, Lydia Zammit, Joseph Zammit, Margaret Cini, Zachary Calleja, Giuditta Valentino, Giuliano Caruana and Doris Vella  who entered eternal life during the past month.  Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta