
- Eżerċizzi Spiritwali: Matul din il-ġimgħa (mit-Tnejn sal-Ħamis) sa ntellgħu fuq il-facebook page tal-parroċċa ir-recordings tal-Ezercizzi li saru fil-Knisja Parrokjali matul ir-Randan minn Fr Victor Paul Farrugia O. Carm.
- Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu hemm coffee morning fis-sala.
- It-Triq tas-Salib mat-tfal: Nhar it-Tlieta u l-Ħamis fil-5.15pm ser issir it-Triq tas-Salib mat-tfal kollha tal-katekiżmu (skont il-klassijiet tal-katekiżmu).
- Servizz ta’ Qrar: Nhar l-Erbgħa mis-6.00pm sat-8.30pm ikun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali. Se jkun hawn saċerdoti minn barra l-Parroċċa disponibbli għall-qrar waqt li jkun hemm Ġesu Sagramentat espost.
- Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
- Fl-4.30pm ikun hemm siegħa ta’ talb akkumpanjat mid-daqq tal-arpa fil-Knisja ta’ Lapsi quddiem Marija Addolorata
- Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi kif ukoll fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
- Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata mill-car park ta’ fejn il-Knisja, titla’ Triq Lapsi, iddur lejn Triq Sant’ Anglu, tinżel Triq il-Karmnu, iddur lura minn Triq il-Kbira u Mons Gwido Calleja u tidhol lura lejn il-Knisja Parrokkjali. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda għall-ħabta tat-7.45pm.
- Kuncerti għal matul il-Ġimgħa Mqaddsa: Nhar l-Erbgħa jkun hawn kunċert minn Banda Spinola fil-Knisja ta’ Lapsi fit-8pm u nhar is-Sibt se jsir kunċert fis-7.30pm minn Banda San Giljan fil-knisja ta’ Lapsi wkoll.
- Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd fid-9.20am isir it-tberik taż-żebbuġ fuq iz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni lejn il-Knisja fejn fid-9.30am issir quddiesa bis-sehem tat-tfal.
- Fundraising: Kif ġa avżajna, il-weekend li ġejser ikollna figolli home-made għall-bejgħ ħdejn il-Knisja Parrokkjali. Wieħed jista’ jibgħat messaġġ fuq 99725003 biex jibbukkja l-kwantita’.
- Festa tar-Rebbiegħa – Dar tal-Kleru: Se jkun hemm ukoll bejgħ ta’ cakes, figolli, kwareżimal u ħelu ieħor fil-festa tar-rebbiegħa fid-Dar tal-Kleru, B’Kara nhar il-Ħadd li ġej. Din hi dar fejn is-saċerdoti li servew fl-imgħoddi qed iqattgħu l-aħħar jiem ta’ ħajjithom. Bħalissa qed taħdem b’telf u r-riservi qiegħdin jispiċċaw. Nkunu ġenerużi ma’ din id-dar.
- Easter buffet lunch: Nhar il-Ħadd 16 ta’ April se jsir fundraising Easter buffet lunch fis-Sala. Biljetti jiswew €35 għall-adulti u €12 għat-tfal ta’ taħt it-12-il sena u jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
- Ħin tal-Quddies: Nerġgħu nfakkru li mil-lejla/il-Ħadd filgħaxija u fost il-ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-7pm.
- Spirutal Exercises online: This week (Monday to Thursday) we shall be tranmiting the Spriitual Exercises which took place in the parish church (led by Fr Victor Paul Farrugia O. Carm) online.
- Coffee morning: A coffee morning will be held on Tuesday morning at the Conference Hall.
- Way of the Cross for children: There will be the Way of the Cross for children this Tuesday and Thursday at 5.15pm according to their Catechism classes.
- Confessions: In preparation for the Feast of Our Lady of Sorrows, on Wednesday from 6.00pm to 8.30pm there will be priests available for confessions (including priests from outside the parish) as well as time for silent adoration in front of the Blessed Sacrament in the Parish Church.
- Feast of Our Lady of Sorrows (Friday):
- 4.30pm: One hour of prayer accompanied by harp music at Lapsi Church in front of Our Lady of Sorrows;
- 5.30pm: Evening Masses at Lapsi Church as well as at the Immaculate Conception Chapel;
- 6.30pm: Penitential pilgrimage with the statue of Our Lady of Sorrows, going via Lapsi Street, St Angelo Street, down Carmel Street, Main Street and Mons Gwido Calleja Street, and back to the Parish Church, followed immediately by Mass at about 7.45pm.
- Holy week concerts: Spinola Band Club will be having a concert on Wednesday at 8pm while St Julians Band Club has a concert on Saturday at 7.30pm, both being held at Lapsi Church.
- Palm Sunday: On Sunday at 9.20am we shall have the blessing of the Palms on the Church Parvis followed by a short procession towards the church where Mass will be held with the participation of children.
- Fund raising: Next weekend we will be selling home-made figolli outside the Parish Church to raise funds for the parish. One may send a message on 99725003 to book the quantity required.
- Spring Festival – Dar tal-Kleru (Clergy Home): Cakes, figolli, kwareżimal, and other sweets are also on sale at Dar tal-Kleru in B’Kara this coming Sunday. The elderly clergy reside in this home and the home is being run at a loss. Let us be generous with them as they were generous with us.
- Easter buffet lunch: A fundraising Easter buffet lunch will be held at the conference hall on Sunday 16th April. Tickets are available from the parish office and a donation of €35 per adult and €12 per child under 12 years is kindly requested.
- Mass times: Reminder that the evening mass on Sundays and weekdays is now at 7pm.
Related