
- Eżerċizzi: Nhar it-Tnejn fis-7pm se jkun hawn it-tielet laqgħa tal-kors tal-eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali mmexxi minn P Victor Paul Farrugia O. Carm. L-aħħar laqgħa tkun it-Tnejn ta’ wara imbghad intemmu dan il-kors b’ nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu. Dan ikun miftuħ anke għal dawk li ma attendewx il-kors tal-eżerċizzi.
- Tberik: Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq il-Buqrajq (Kappara Court), Triq Mons Debono u Triq l-Ambaxxati waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq is-Seqer, parti minn Triq il-Barbagann, Triq San Gorg, Triq Santu Wistin, Triq in-Nemes u Sqaq Lourdes. Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqogħdu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Jum San Patrizju: Il-quddiesa tas-6.30pm fil-knisja parrokkjali ta’ nhar il-Ġimgħa filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali se ssir fil-Knisja ta’ Lapsi. Dan qed isir minħabba l-istorbju kollu li se jkun hawn dakinhar fl-inħawi tal-Knisja u peress li t-toroq li jagħtu għal hawn se jkunu magħluqa.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija (7pm) se jkollna r-reba’ Lectio Divina għal żmien ir-Randan li se jkun streamed live u jkun accessibbli mill-ħolqa fil-paġna tagħna tal-Facebook.
- Għeluq tal-Kors ta’ Kana: Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tal-11am ikollna magħna lil koppji li tennew il-kors ta’ Kana bi preparazzjoni għaż-żwieġ nirrani biex flimkien nitolbu għalihom u nagħtuhom ic-certifikat tal-attendenza.
- Grupp Ħbiberija: Il-Ħarġa li jmiss se ssir nhar it-Tlieta 21 ta’ Marzu. Nitilqu minn Spinola fid-9.00am biex nipartecipaw fil-quddiesa tal-10.00 fil-knisja tal-Isla u nkomplu b’ikla.
- Pellegrinaġġ penitenzjali: Nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu se jsir il-pellegrinaġġ penitenzjali għall-Mellieħa. Jitlaq minn fejn il-Knisja ta’ Lapsi fit-3 ta’ filgħodu. Nikkonkludu b’quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieha.
- Fund raising: Fl-ewwel weekend ta’ April se jkolna figolli home made u magħmulin bil-lewż pur għall-bejgħ għall-prezz ta’ €8.00. Wieħed jista’ jordna minn qabel billi jagħmel kuntatt magħna jew jibgħat messaġġ fuq 99725003.
- Ġabra: Il-ġabra tal-ewwel Ħadd tax-xahar leħqet is-somma ta’ €1,550. Grazzi minn qalbna.
- Spiritual Exercises: The third session of spiritual exercises will be held on Monday at 7pm at the Parish Church led by Fr Victor Paul Farrugia O. Carm. The last session will be on the following Monday and we will conclude the course with a morning Lenten retreat on Saturday 25th March. This will be open to those who did not attend the course.
- Family Visits: This week we shall be visiting families in Triq il-Buqrajq (Kappara Court), Triq Mons Debono and Triq l-Ambaxxati, while next week we will be visiting families in part of Triq il-Barbagann, Triq San Gorg, Triq Santu Wistin, Triq in-Nemes and Sqaq Lourdes. Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
- St Patrick’s day: The 6.30pm mass usually held at the Parish Church will be held at Lapsi Church on Friday. This is due to the disturbance of the noisy celebrations of St Patrick’s day, and the roads adjacent to the Parish Church will be closed.
- Lectio Divina: The fourth Lectio Divina will be held after the evening Mass (7pm). This will be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
- Cana Course Conclusion: During the 11am Mass on Sunday we will have with us the couples who concluded the Cana course in preparation for sacramental marriage so that we will pray for them and give them the certificates of attendance.
- Grupp Ħbiberija: The next outing will be held on Tuesday 21st March. We depart from Spinola Bay at 9am and will follow mass at 10am at Senglea Parish Church and will be followed by lunch.
- Penitential pilgrimage: A penitential pilgrimage to Mellieħa is being held on Sunday 26th March. The pilgrimage will start from Lapsi Church at 3am and will end with a Mass at the Sanctuary in Mellieha.
- Fund raising: During the first weekend in April we shall be having traditional home made pure almond figolli for sale for €8.00. All proceeds will go for the needs of the parish. One can pre-order by speaking to us or sending a message on 99725003.
- Collection: The collection in aid of the parish made during last weekend’s masses amounted to €1,550. We thank you for your generosity.
Related