
- Eżerċizzi: Nhar it-Tnejn se jkun hawn ir-raba’ laqgħa tal-kors tal-eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm.
- Akkumpanjament spiritwali għal persuni sseparati: Se jsiru eżerċizzi għal persuni sseparati fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana din il-ġimgħa min nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.30pm. Iktar informazzjoni fuq il-powsters ħdejn il-bieb tal-Knisja parrokkjali.
- Tberik: Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq is-Seqer, parti minn Triq il-Barbagann, Triq San Gorg, Triq Santu Wistin, Triq in-Nemes u Sqaq Lourdes. Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqogħdu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa. Imbagħad ikollna waqfa qasira għal żmien il-Għid u t-Tberik jitkompla wara l-Għid.
- Grupp Ħbiberija: Il-Ħarġa li jmiss se ssir nhar it-Tlieta. Nitilqu minn Spinola fid-9.00am biex nisimgħu quddiesa tal-10.00 fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla u nkomplu b’ikla.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija (7pm) se jkollna l-aħħar Lectio Divina għal żmien ir-Randan fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru San Ġiljan. Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
- Irtir tar-Randan: Nhar is-Sibt ser isir nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan. Nibdew bil-quddiesa fid-9am fil-Knisja Parrokkjali u nkomplu fis-Sala tal-konferenzi b’żewg sessjonijiet mogħtija minn P. Victor Paul Farrugia O. Carm li mexxa l-Ezercizzi fil-parroċċa fis-sala.
- Pellegrinaġġ penitenzjali: Nhar il-Ħadd se jsir il-pellegrinaġġ penitenzjali għall-Mellieħa. Jitlaq minn fejn il-Knisja ta’ Lapsi fit-3 ta’ filgħodu. Nikkonkludu b’quddiesa fis-Santwarju tal-Mellieha.
- Fund raising: Fl-ewwel weekend ta’ April se jkolna figolli home made u magħmulin bil-lewż pur għall-bejgħ għall-prezz ta’ €8.00. Wieħed jista’ jordna minn qabel billi jagħmel kuntatt magħna jew jibgħat messaġġ fuq 99725003.
- Kors ta’ Kana bl-Ingliż: Se jibda kors ta’ Kana għat-tħejjija għaż-żwieġ bl-Ingliż wara l-Għid. Dan isir b’mod hybrid nhar ta’ Tlieta filgħaxija għal 10 ġimgħat. Min se jiżżewweġ fis-sentejn li ġejjin hu mħeġġeġ li jattendi. Iktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel, tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien l-Għid u jistgħu jitpoġġew fi qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali u fil-Knisja ta’ Lapsi. Kul min jixtieq jikkontribwixxi finanzjarjament, jista’ wkoll. Grazzi għal kull donazzjoni.
- Ikla tal-Għid: Nhar il-Ħadd 16 ta’ April sa norganizzaw buffet lunch fis-sala tal-Konferenzi. Biljetti mill-uffiċċju parrokkjali mit-Tnejn 27 ta’ Marzu.
- Amministratur għaċ-Ċentru tal-Konferenzi: Nixtiequ nimpjegaw fuq bażi part-time, Amministratur għaċ-Ċentru tal-Konferenzi. Min jixtieq japplika jibgħat l-applikazzjoni flimkien ma’ CV lill-Bord taċ-Ċentru fl-uffiċċju parrokjali.
- Ħin tas-Sajf: Matul il-weekend li ġej (l-aħħar weekend ta’ Marzu) jinbidel il-ħin għal dak tas-Sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej filgħaxija u ta’ fost il-ġimgħa tkun fis-7.00pm.
- Spiritual Exercises: The fourth session of spiritual exercises will be held on Monday at 7pm at the Parish Church led by Fr Victor Paul Farrugia O. Carm.
- Spiritual accompaniment for separated persons: Lenten talks for separated persons are going to be held at the Archbishop’s Curia in Floriana this week, from Monday to Friday from 6.30pm to 7.30pm. More information can be found on the posters by the church doors.
- Family Visits: This week we shall be visiting families in part of Triq il-Barbagann, Triq San Gorg, Triq Santu Wistin, Triq in-Nemes and Sqaq Lourdes. Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office. We shall be having a brief break for Easter and the family visits will resume right after Easter.
- Grupp Ħbiberija: The next outing will be held on Tuesday. We depart from Spinola Bay at 9am and will follow mass at 10am at Senglea Parish Church and will be followed by lunch.
- Lectio Divina: The last Lectio Divina will be held after the evening Mass (7pm) at room 3 at the Centre. This will also be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
- Lenten Retreat: The Lenten retreat is going to be held on Saturday. We start with Mass at 9am and continue at the conference hall with two sessions led by P. Victor Paul Farrugia O. Carm who led the spiritual exercises. This will be open to those who did not attend the course.
- Penitential pilgrimage: The penitential pilgrimage to Mellieħa is being held on Sunday. The pilgrimage will start from Lapsi Church at 3am and will end with a Mass at the Sanctuary in Mellieha.
- Fund raising: During the first weekend in April we shall be having traditional home made pure almond figolli for sale for €8.00. All proceeds will go for the needs of the parish. One can pre-order by speaking to us or sending a message on 99725003.
- Cana marriage preparation course in English: The next Cana course will be starting after Easter. It is held on a Tuesday evening for 10 weeks in hybrid format. Couples planning to get married in the next two years are encouraged to attend. More information is available from the parish office.
- Diocesan Commission: The Diocesan Commission have prepared baskets at the back of the Parish Church where one can place food and laundry items and toiletries in order to help the needy in our Parish. Contributions may be placed in the baskets placed in our churches. Monetary donations can also be made. Thank you for your donations.
- Easter lunch: A buffet lunch will be held at the Conference Hall on Sunday 16th April. Tickets will be available from Monday 27th March from the parish office.
- Administrator for the Conference Centre: A vacancy has arisen on a part-time basis for an administrator for the conference centre. One can send a CV to the parish office addressed to the Conference Centre Board.
- Summer Time: Next weekend (last weekend in March) we switch our clocks to Summer time, so we remind you that the evening mass at the Parish Church during the week and on Sunday evenings will be at 7.00pm.
Related