
- Ġabra: Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġabra li sa ssir sa tkun b’risq l-ispejjeż tal-parroċċa. Kif avżajnikom ix-xahar l-ieħor din is-sena hemm bżonn ta’ manutenzjoni fil-bini u apparat tal-knejjes tagħna. Dan ix-xahar bdejna b’din l-ispiża ta’ manutenzjoni ta’ pont li hemm minn bejn id-dar biswit il-knisja ta’ Lapsi ghal fuq il-bejt tal-knisja ta’ Lapsi. Ix-xogħol sa jsir mingħajr ħlas imma l-ispejjeż laħqu €700. Hu xoghol li ma jidhirx imma importanti biex nevitaw xi disgrazzja. Niringrazjawkom tal-ġenerosita tagħkom.
- Eżerċizzi: Nhar it-Tnejn se jkun hawn it-tieni laqgħa tal-kors tal-eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm.
- Tberik: Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq Balbi, Triq Gorg P Badger, Triq Diodorus Siculus, Triq il-Kuccard, Triq id-Durrajsa, Sqaq is-Sigra u Triq Henry Calleja (li kienet Triq B’Kara) waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq il-Buqrajq (Kappara Court), Triq Mons Debono u Triq l-Ambaxxati. Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru li joqogħdu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija (7pm) se jkollna t-tielet Lectio Divina għal żmien ir-Randan fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru San Ġiljan. Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Kors ta’ Kana bl-Ingliż: Se jibda kors ta’ Kana għat-tħejjija għaż-żwieġ bl-Ingliż wara l-Għid. Dan isir b’mod hybrid nhar ta’ Tlieta filgħaxija għal 10 ġimgħat. Min se jiżżewweġ fis-sentejn li ġejjin hu mħeġġeġ li jattendi. Iktar informazzjoni mill-uffiċċju parrokkjali.
- Ġabra seminarju: Il-ġabra b’risq is-Seminarju li sar il-weekend li għadda leħqet is-somma ta’ €2285. Grazzi tal-ġenerożita’ tagħkom.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Joseph Muscat, Nazzareno Cachia, Giuza Agius u Peter Paul Grech. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Collection: All collections made during the weekend’s masses will go in aid of the Parish. As advised last month, maintenance works are required in our buildings and churches. We have begun working on a bridge connecting the roof of Lapsi church to the adjacent building. While works are being done at no charge, but we have already incurred €700 expenses. The work may not be visible but it is important for everyone’s safety. We thank you for your generosity.
- Spiritual Exercises: The second session of spiritual exercises will be held on Monday at 7pm at the Parish Church.
- Family Visits: This week we shall be visiting families in Triq Balbi, Triq Gorg P Badger, Triq Diodorus Siculus, Triq il-Kuccard, Triq id-Durrajsa, Sqaq is-Sigra and Triq Henry Calleja (formerly Triq B’Kara), while next week we will be visiting families in Triq il-Buqrajq (Kappara Court), Triq Mons Debono and Triq l-Ambaxxati. Anyone who wishes to welcome us into their homes can contact the parish office.
- Lectio Divina: The third Lectio Divina will be held at Room 3 at the Centre after the evening mass (7pm). This will also be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
- Baptism: A baptism will be held on Sunday during the 11.00am mass.
- Cana marriage preparation course in English: The next Cana course will be starting after Easter. It is held on a Tuesday evening for 10 weeks in hybrid format. Couples planning to get married in the next two years are encouraged to attend. More information is available from the parish office.
- Collection for the Seminary: Last weekend’s collection for the Seminary amounted to €2285. We thank you for your generosity.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Joseph Muscat, Nazzareno Cachia, Giuza Agius and Peter Paul Grech who entered eternal life during the past month. Eternal rest grant unto them O Lord …
Related