AVVIŻI – PARISH NOTICES 22 – 23 ta’ April 2023

  • Coffee morning: Nhar it-Tlieta ikun hawn coffee morning fis-sala tal-konferenzi.
  • Tberik:  Din il-ġimgħa se nżuru l-familji fi Triq Wilga, Triq il-Knisja, Triq Spinola, Triq S. Gużepp, Triq Dragunara u Triq Elija Zammit waqt li l-ġimgħa d-dieħla se nżuru Triq Salvu Privitera,Triq Gort, Triq Dobbie, Triq Schreiber u Triq Borg Olivier.  Kull min jixtieq jilqagħna ġewwa daru u joqogħdu f’dawn it-toroq jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa għall-familji bit-tfal fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u tkun animata mit-tfal.
  • Ġabra għall-Karita’: Il-weekend li ġej niċċelebraw Jum il-Karita’.  Għalhekk il-ġbir kollu matul il-weekend li ġej se jsir għall-opri tal-karita’ tal-Knisja fosthom għad-djar ta’ akkoljenza għal persuni li jsibu lilhom infushom bla saqaf fuq rashom, tfal u żgħażagħ f’diffikultajiet serji, persuni li waqgħu fil-vizzju tad-droga, nisa li ġew ittrattati ħażin, anzjani, persuni b’diżżabilita’, immigranti u refuġjati.  Tinħtieġ għajnuna kemm ta’ volontarjat kif ukoll ta’ fondi.
  • Ħarġa għall-familji:  Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju, festa pubblika, se ssir ħarġa għall-parroċċani kollha.  Trasport jitlaq minn Spinola fis-2.00pm u naslu lura sal-5.30pm.  Se nimxu s-Siġġiewi u mmorru għat-te.  Min hu nteressat jibbukkja t-trasport jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn filgħaxija.
  • Laqgħa mill-Qrib:  Nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju fl-10.30am se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-Għarajjes li se jiżżewġu fil-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana. Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Coffee morning:  There will be a coffee morning in the conference hall on Tuesday morning.
  • Family Visits:  This week we continue with the Family Visits.  We shall be visiting families in Triq Wilga, Triq il-Knisja, Triq Spinola, Triq S. Gużepp, Triq Dragunara and Triq Elija Zammit while next week we shall be visiting families in Triq Salvu Privitera, Triq Gort, Triq Dobbie, Triq Schreiber and Triq Borg Olivier.  Anyone living in these roads can call the parish office for an appointment this week.
  • Family Mass: On Sunday, the 9.30am Mass at the Parish Church will be for families and animated by the children. 
  • Day of Charity: The Church celebrates the Day of Charity on Sunday.  All collections during the coming weekend will be in aid of the homeless, youths experiencing serious difficulties, drug addicts, victims of domestic abuse, the elderly, the disabled, immigrants and refugees.  Both volunteers as well as funds are necessary.
  • Outing for families: On Monday 1st May, public holiday, we are organising an outing for parishioners and their families.  Transport leaves Spinola at 2.00pm and will be back by 5.30pm.  One may contact the parish office to book transport by Monday evening.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 7th May at 10.30am at the conference hall for those couples who are getting married in the next 6 months and who completed the Cana Course.  Bookings are to be made at the Parish Office.

About the author

Ikkummenta