
- Laqgħa dwar il-Liturġija: L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza laqgħa għal dawk interessati fil-liturġija, bit-tema ‘Lejn Liturġija li tattirana u tbiddilna’. Il-kelliem se jkun Goffredo Boselli, konsulent tal-Kummissjoni għal-liturġija tal-Konferenza Episkopali Taljana. Il-laqgħa ser tkun nhar it-Tlieta fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat u tibda fis-7:00pm. Dawk kollha interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw fuq parrocci.knisja.mt.
- Coffee morning: Nhar it-Tlieta se jkun hawn coffee morning fis-sala tal-konferenzi fid-9.30am.
- Ċelebrazzjoni Marjana: Nhar il-Ħamis fil-5.15pm it-tfal kollha tal-katekiżmu, flimkien mal-ġenituri, jiltaqgħu fil-Knisja Parrokkjali għall-inkurunazzjoni tal-istatwa ta’ Sidtna Marija mit-tfal.
- Tberik tal-familji: Qed naċċetaw appuntamenti għaż-żjajjar fil-familji tal-parroċċa sa l-aħħar ta’ Mejju. Min jixtieq jagħmel appuntament, għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali jew jibgħat email matul dawn il-ġranet.
- Ikla: L-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi qed torganizza Pizza & Pasta Night, nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Ġunju fit-8.30pm fir-Restaurant Tika Taka, San Ġwann Football Grounds. Biljetti mill-membri tal-kumitat.
- Ġurnata Sqallija: Infakkru fil-ġurnata Sqallija li ser tkun organiżżata mill-Għaqda Dilettanti Knisja Ta’ Lapsi fis-17 ta’Ġunju. Fadal ftit postijiet, ejjew nibbukkjaw u nagħtu support lil din l-għaqda li taħdem bis-sħih biex iżżomm din il-knisja l-antika ħajja u attiva. Biex tibbukkja ikkuntattja lil xi membru tal-kumitat jew ċempel l-uffiċċju parrokkjali mill-aktar fis. Ejjew u nieħdu gost flimkien bħala komunita’ parrokkjali waħda. Aktar informazzjoni ssibuha fuq il-facebook page tal-parroċċa, fuq in-notice boards u m’għand il-membri tal-istess għaqda.
- Meeting regarding the Liturgy: The Archdiocese of Malta is organising a meeting for those interested in the liturgy. The theme is “Towards a Liturgy which attracts us and transforms us”. The speaker will be Goffredo Boselli, a consultant with the Liturgical Commission of the Italian Episcopal Conference. The meeting will be held on Tuesday at the Archbishop’s Seminary in Rabat at 7pm. Those interested to attend are requested to register on parrocci.knisja.mt.
- Coffee morning: There is going to be a coffee morning at the conference hall on Tuesday at 9.30am.
- Marian Celebration: All children attending Catechism together with their parents are meeting at the Parish Church on Thursday at 5.15pm for the crowning of Our Lady by the children.
- Family Visits: We are accepting appointments for Family Visits until the end of May and parishoners who wish to receive us for a small chat and a blessing can contact the parish office by phone or email in the next few days.
- The Għaqda Dilettanti Knisja Ta’ Lapsi are organising a Pizza and Pasta night on Friday 2nd June at 8.30pm at Tika Taka restaurant, San Ġwann Football Grounds. Tickets from members of the committee.
- A day in Sicily: We also remind you about the day to Sicily organised by the same group on 17th June 2023. More information on Facebook and noticeboards.
Related