- Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se issir nhar it-Tlieta u se mmorru ikla ġewwa Marsaxlokk. Se jkun hemm it-trasport fis-6.30pm minn Spinola.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa għall-familji bit-tfal fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u tkun animata mit-tfal.
- Ġabra ta’ San Pietru: Hija x-xewqa tal-Q.T. il-Papa Franġisku li l-weekend li ġej issir ‘l-Offerta ta’ San Pietru’. B’din il-ġabra nkunu qiegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh bien ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karita’ mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment dawk li huma milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Inħeġġukom li tkunu ġenerużi.
- Ġabra għat-Turkija: Nirringrazjawkom tar-rispons li kellna l-ġimgħa l-oħra dwar l-appell tal-Vigarjat tad-Djakonija biex niffinanzjaw il-coolers għat-tined fil-Villagg Malti fit-Turkija li nbena mill-SOS Malta wara t-terrimot li sar aktar kmieni din is-sena. Is-somma li nġabret sa issa kienet ta’ €1,600. Infakkrukom li tistgħu tibqgħu tagħtuna donazzjonijiet sal-ahhar tax-xahar meta ngħaddu l-ammont miġbur lill-Vigarjat tad-Djakonija. Infakkrukom ukoll li min jixtieq jagħmel esperjenza ta’ volontarjat mal-MCYN jista’ jikkuntattjana l-uffiċċju parrokkjali.
- Intenzjonijiet tal-quddies: Mons. Isqof Awziljarju, Joseph Galea Curmi, rega’ ġedded dak li kiteb lilna s-saċerdoti permezz ta’ ċirkulari f’Lulju 2015 dwar l-offerti li jiġu ċċelebrati fil-Quddies. Ifakkarna li kull quddiesa jrid ikollha marbuta magħha intenzjoni waħda biss. Meta jkun hemm aktar intenzjonijiet ikunu aktar milli hemm quddies, dawn jistgħu jinġabru flimkien f’żewġ quddisiet f’ġimgħa li jkunu stabbiliti minn qabel. Minħabba li fil-parroċċa tagħna sal-2015 kienet il-prassi li kull quddiesa kellha diversi intenzjonijiet, kienet ittieħdet deċiżjoni li ikollna tliet quddisiet (minnflok tnejn) li fiha jiġu aċċettati aktar minn intenzjoni waħda. Fil-quddies l-ieħor kienu jiġu aċċettati żewġ intenzjonijiet, filwaqt li f’ġranet partikulari, bħal-lum, kienu jiġu aċċettati aktar minn intenzjoni waħda. Ġejna nfurmati li b’seħħ immedjat dan ma jistax jibqa’ jsir. L-intenzjonijiet ibbukkjati sa jiġu ċċelebrati imma mhux sa naċċettaw aktar minn intenzjoni waħda f’kull quddiesa. Il-quddies li sa jkollhom aktar minn intenzjoni waħda sa jkunu dawn:
– Nhar ta’ Ħadd tat-8am u l-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali u tad-9am fil-Knisja ta’ Lapsi.
– Nhar ta’ Ġimgħa fil-5.30pm fil-kappella tal-Kunċizzjoni.
Jekk ikun hemm min jixtieq joffri quddies b’mod regolari juża’ dawn il-quddies biex inħallu l-quddies l-ieħor għal min jixtieq joffri fil-ġranet partikolari.
Irridu niftakru li kullhadd jista’ joffri l-quddiesa, m’hemmx għalfejn is-sacerdot. L-offerta li tingħata lis-sacerdot qiegħda hemm biex tgħin lis-saċerdot fil-ħajja personali tiegħu u meta jkun hemm aktar minn intenzjoni waħda, jew is-saċerdot jiċċelebra aktar minn quddiesa waħda jieħu biss offerta waħda kuljum. Il-kumplament jingħata għall-karita tal-parroċċa.
Jekk jogħġobkom meta niftħu l-bookings għall-quddies is-sena d-diehla ibbukjaw id-dati li tridu biex nevitaw li ngħidulkom li diġa ibbukkjati.
Min għandu diffikulta dwar dan ma jiddejjaqx jitkellem magħna biex nispjegawlu aktar.
Awguri lill-missirijiet kollha fil-jum dedikat lilhom – Happy Father’s day to all fathers
- Grupp Ħbiberija outing: The next outing will be held on Tuesday and we shall be going for dinner in Marsaxlokk. Transport leaves Spinola at 6.30pm.
- Family Mass: On Sunday, the 9.30am mass in the Parish Church will be for families. All families are invited to attend.
- Collection for the Pope: It is the wish of his Holiness Pope Francis that a collection known as the Offer of St Peter is to be held next weekend. Our donations will go to show our love towards the Pope and will go to help him further spread his works as Shepherd of the Universal Church by means of international donations of charity, to those most in need, especially those hit by emergencies, natural disasters and war. The Archbishop encourages us to be generous, and show our unity with the Pope.
- Collection for Turkey victims: We appreciate the response we received last week regarding the appeal for the vicariate of Diaconia to finance coolers in the tents in the Maltese Village in Turkey, built by SOS Malta, following the earthquake earlier this year. We have collected €1,600 so far. May we remind you that you can continue to send donations until the end of the month, when we will pass on the total amount to the vicariate of Diaconia.
May we also remind you that anyone wishing to offer some voluntary experience with MCYN may contact the parish office.
- Mass intentions: Mons Auxiliary Bishop, Joseph Galea Curmi, has renewed his circular to priests of July 2015 regarding mass intentions. He also reminds us that each mass should only have one intention attached to it. In cases where there are more mass intentions than there are masses, intentions may be collected in only two masses in a week that are established beforehand. Since in our parish until 2015 we have generally accepted many intentions per mass, it had been decided that we add a third mass (instead of having two) where we accepted more than one intention. We accepted 2 intentions in other masses, while we also accepted more on particular days.
We have been informed that this practice cannot be continued with immediate effect. We shall celebrate those intentions that are already booked, however going forward we cannot accept any more than one intention per mass. Those masses that will have the remaining intentions will be:
– On Sunday, the 8am and 12.15pm masses at the parish church and the 9am mass at Lapsi church
– On Friday, the 5.30pm mass at the Immaculate Conception chapel
Anyone wishing to offer regular mass intentions is urged to utilise such times of masses to leave the others free for the individual intentions.
We need to bear in mind that anyone can offer an intention, not just a priest. The offer one makes to the priest is there to assist the priest in his personal life and where there is more than one intention or the priest celebrates more than one mass, the surplus goes to charity.
When we open bookings for next year, please book your dates early to avoid any disappointment. Feel free to speak to any one of us for clarifications.