AVVIŻI – PARISH NOTICES 29 – 30 ta’ Lulju 2023

  • L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
  • Katekiżmu:  Reġistrazzjonijiet għall-ewwel u s-sitt sena tal-katekiżmu – tfal li twieldu fis-snin 2017 u 2012 u li qatt m’attendew katekiżmu ġewwa l-Parroċċa ta’ San Giljan – ser jintlaqaw nhar il-Ħamis 31 t’Awwissu u t-Tlieta 5 ta’ Settembru.  Ġenituri li huma nteressati japplikaw għandhom jiġu fis-Sala tal-Konferenzi tal-Parroċċa f’dawn id-dati bejn il-5.00 u s-7.00pm. Iż-żewġ ġenituri għandhom jiffirmaw il-formola għalkemm mhux neċessarjament fl-istess ħin.

Għandkom iġġibu magħkom:

– Kopja riċenti taċ-ċertifikat tal-magħmudija,

– In-numru tal-ID card tat-tifel/tifla

– Jekk toqogħdu barra mill-Parroċċa, permess mingħand il-Kappillan tagħkom sabiex it-tfal ikunu jistgħu jattendu l-katekiżmu u jirċievu s-sagrament tal-Ewwel Tqarbina / Griżma barra l-Parroċċa.

Għat-tfal li jiġu rreġistrati għas-sitt sena tal-katekiżmu li qed jippreparaw ruħhom għall-Griżma tal-Isqof, tridu ġġibu wkoll nota t’attendenza għas-snin kollha fejn it-tfal attendew il-katekiżmu f’centri oħra.

Studenti tas-Sixth Form li jixtiequ jgħinu fil-lezzjonijiet tal-katekiżmu għall-project tas-SoK għandhom ikellmuna mill-aktar fis.

  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel:  Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel (li mhumiex skaduti), tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-festa. Għaldaqstant tqiegħdu qfief apposta fil-bibien tal-knejjes li se jibqgħu hemm sal-Ħadd 20 t’Awwissu. Ikel misjur jiġi mqassam lill-familji wkoll.  Nitolbu lil dawk interessati jgħinu b’ikliet sħan, iċemplu l-uffiċċju parrokkjali.  Għal min jixtieq jikkontribwixxi finanzjarjament, donazzjonijiet jistgħu jintlaqgħu fl-uffiċċju wkoll.
  • Għoti tad-demm:  Nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8.30am u s-1pm, uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja tad-demm. Inħeġġu lill-parruċċani biex jaċċettaw din l-istedina b’għan nobbli.
  • Ġbir tal-festa: Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min għamel donazzjoni permezz tal-envelopes li qassamna, nixtiequ navżaw li s’issa nġabru biss €2,500 fil-waqt li s-sena l-oħra kienu nġabru €5,800 mingħajr ma tqassmu envelopes.  Infakkarkom li l-ġimgħa d-dieħla se ssir l-aħħar ġabra fil-knisja għall-festa liturġika għal din is-sena.
  • Awguri – Festa tal-Madonna tal-Karmnu: Nawguraw lill-Parroċċa tal-Balluta li tiċċelebra il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu dan il-weekend.
  • First Friday: At 7.00pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church. 
  • Catechism registrations: Registrations for the first and sixth years of catechism – children born in 2017 and 2012 and who have never attended catechism lessons in St. Julians Parish – will be accepted on Thursday 31st August and Tuesday 5th September.  Parents interested in registering their children are to come to the St. Julians Parish Conference Hall on these dates between 5.00 and 7.00pm. Both parents need to sign the registration form on the same day, although not necessarily at the same time.


You are to bring with you:

– A recent baptism certificate 

– Your child’s ID number. 

– Children living outside the parish will need a note of permission from your own parish priest, allowing them to attend lessons and receive the sacrament outside of your parish.

Any Sixth Form students wishing to help out at catechism lessons for their SoK project are requested to speak to us as soon as possible.

  • Collection of food items: The Diaconia Commission has placed baskets at the back of our churches for the collection of food items (which are not expired) for the needy families in our Parish to be distributed during the week of the feast.  The baskets will remain there until Sunday 20th August.   Warm meals will also be distributed.  Anyone wishing to help out can contact the parish office.  Financial donations are also possible and may be submitted at the office as well.
  • Blood donation: On Sunday from 8.30am until 1pm, officers from the National Blood Transfusion Unit will be at the St Julians Band Club for those who wish to donate blood.  We encourage parishioners to participate in this noble cause. 
  • Final collection for the feast:  While we thank all those who have donated in aid of the liturgical feast by means of the envelopes that were distributed, we would like to advise that only €2,500 have been collected so far, while last year we had already collected €5,800 without distributing envelopes to households.  May we remind you that next week the final collection for the liturgical feast will be held in Church.
  • Feast of Our Lady of Mount Carmel: We wish a Happy Feast to the Parish of Balluta who celebrates the feast of Our Lady of Mount Carmel this weekend.

About the author

Ikkummenta