AVVIŻI – PARISH NOTICES 5 – 6 t’Awwissu 2023

  • Ġabra: Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u kif avżajna l-ġimgħa l-oħra illum hija l-aħħar ġabra li sa ssir b’risq l-ispejjeż tal-festa.  Nirringrazzjawkom bil quddiem tal-ġenerosita tagħkom.
  • Għoti tad-demm:  Għada/illum mit-8.30am sas-1.00pm, uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja tad-demm. Inħeġġu lill-parruċċani biex jaċċettaw din l-istedina b’għan nobbli.
  • Espożizzjoni tas-Sagrament: Bi tħejjija għall-festa sa jkollna lil Ġesu’ Sagramentat espost għal qima u talb personali fil-Kappella tal-Kunċizzjoni nhar it-Tnejn/għada fit-8.30pm. Ikun hemm ukoll is-servizz tal-qrar. Din sa ssir b’kollaborazzjoni mal-Youth Fellowship.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tas-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Inawgurazzjoni tal-Kwadru Titulari ta’ Lapsi: Nhar il-Ġimgħa 18 t’Awwissu fit-8.30pm fil-knisja ta’ Lapsi se jigi inawgurat il-Kwadru Titulari ta’ San Ġiljan wara intervent ta’ restawr u konservazzjoni li sar fuqu. Il-programm jinkludi preżentazzjoni dwar ir-restawr u parteċipazzjoni tal-Coro Bel Canto & String Ensemble u jintemm b’riċeviment.  Kulħadd mistieden.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel:  Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi qed tiġbor oġġetti tal-ikel (li mhumiex skaduti), tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-festa. Il-qfief li tpoġġew apposta fil-bibien tal-knejjes se jibqgħu hemm sal-Ħadd 20 t’Awwissu. Ikel misjur se jiġi mqassam lill-familji wkoll.  Nitolbu lil dawk interessati jgħinu b’ikliet sħan iċemplu l-uffiċċju parrokkjali.  Għal min jixtieq jikkontribwixxi finanzjarjament, donazzjonijiet jistgħu jintlaqgħu fl-uffiċċju wkoll.
  • Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Antoine Bonnici Soler, Dorothy Lentini, Paul Joseph Galea, Salvatore Said, Peter Elbourne, Carmela Haig, Anthony Caruana, Louis Tabone, Andre’ Ragonesi, Carmel Grima, Joseph Ellul, Victor Demicoli u Josephine Neame.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • First Sunday collection:  Today being the first Sunday of the month we have the special collection for the feast as advised last week.  We thank you in advance for your generosity.
  • Blood donation: Tomorrow/Today between 8.30am and 1pm, officers from the National Blood Transfusion Unit will be at the St Julians Band Club for those who wish to donate blood.  We encourage parishioners to participate in this noble cause. 
  • Exposition of the Blessed Sacrament: In preparation for the feast, the Blessed Sacrament will be exposed for adoration and personal prayer at the Chapel of the Immaculate Conception on Monday/tomorrow at 8.30pm.  Confessions will also be available.  This is being done in collaboration with Youth Fellowship.
  • Baptism:  There is going to be a baptism during the 7pm Mass on Sunday.
  • Inauguration of the Titular Painting at Lapsi Church:  Following weeks of intervention and restoration, the Titular Painting of Lapsi will be inaugurated on Friday 18th August at 8.30pm at Lapsi Church. There will be a presentation about the works carried out and the participation of the Coro Bel Canto & String Ensemble. A reception will follow.  Everyone is welcome.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission has placed baskets at the back of our churches for the collection of food items (that are not expired) for the needy families in our Paris to be distributed during the week of the feast.  The baskets will remain there until Sunday 20th August.   Warm meals will also be distributed.  Anyone wishing to help out can contact the parish office.  Financial donations are also possible and may be submitted at the office as well.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Antoine Bonnici Soler, Dorothy Lentini, Paul Joseph Galea, Salvatore Said, Peter Elbourne, Carmela Haig, Anthony Caruana, Louis Tabone, Andre’ Ragonesi, Carmel Grima, Joseph Ellul, Victor Demicoli and Josephine Neame who entered eternal life during the past month.  Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta