AVVIŻI PARROĊĊA SAN ĠILJAN 19 – 20 t’Awwissu 2023

  • Programm tal-Festa: Il-Programm kollu tal-Festa jinsab fuq il-website jew il-Facebook page tal-Parroċċa u fil-booklet tal-festa.
  • Ħrug tal-Vara:  Għada/it-Tnejn, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa u wara l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ min-niċċa u titwassal fuq iz-zuntier fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan.
  • Jum l-Anzjani: Fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. 
  • Jum it-Tfal: Nhar l-Erbgħa ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal fis-7.00pm u wara ssir manifestazzjoni għalihom bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjal sal-Knisja ta’ Lapsi,  akkumpanjata mill-Banda Spinola.
  • Jum l-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. 
  • Jum il-Familja
    • Il-Ġimgħa fis-6.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi ssir quddiesa u wara prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.  Wara tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
    • Fis-7.00pm issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.  Mistiedna speċjali huma l-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieg kif ukoll dawk li għamdu t-trabi tagħhom mill-aħħar festa ‘l hawn.  Fi tmiem il-quddiesa jiġu ppreżentati t-trabi lil San Ġiljan.
  • Lejliet il-Festa
  • Nhar is-Sibt, fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
  • Fis-6.30pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Knisja Parrokjali.  Wara ssir Quddiesa fis 7pm.
  • Dakinhar fil-Knisja Parrokjali ikun hemm quddiesa waħda fis-7pm; jiġifieri ma jsirux waħda fis-6.30pm u oħra fit-7.45pm.
  • Jum il-Festa:
  • Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-11.00am u l-12.15pm.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
  • Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan. Fid-dħul tal-purċissjoni tinġħata l-barka sagramentali.
  • Booklet tal-Festa:  Fejn il-bibien tal-Knisja se jkun hemm il-programm tal-festa. Napprezzaw xi donazzjonijiet għall-ispejjeż tal-ktieb.
  • Katekizmu: Infakkarkom fid-dati tar-reġistrazzjoni tal-Katekizmu (31 ta’ Awwissu u 5 ta’ Settembru). Ghal aktar informazzjoni irreferu għan-notice boards u għall-paġna tal-parroċċa fuq il-Facebook.

About the author

Ikkummenta