AVVIŻI 30 ta’ Settembru – 1 t’Ottubru 2023

  • Ġbir:  Niringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-ġimgħatejn ilu li għaddiet għall-ħidma tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Din laħqet is-somma ta’ €1,600
  • Matul dan il-weekend, qed ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Nfakkrukom fl-ispejjeż relatati mal-arja kundizzjonata, ir-rinovazzjoni li saret fis-Sala Ġwanni Pawlu II u l-ispejjeż relatati mal-manutenzjoni tal-bejt u ċ-ċentru San Ġiljan – Dawn ilahħqu s-somma ta’ €14,000. Naprezzaw l-għajnuna tagħkom.
  • L-Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet ser tiltaqa’ matul Ottubru. Aħna mħeġġin biex nitolbu ħafna ħalli dan is-Sinodu jkun ta’ għajnuna lill-Papa Franġisku fid-direzzjoni li jagħti għall-ħidma pastorali tal-Knisja fi żminijietna.
  • Festa ta’ Santa Fawstina Kowalska:  Ghalkemm il-festa ta’ Santa Fawstina, tiġi ċċelebrata nhar il-Ħamis, sa ssir quddiesa organizzata mill-grupp tal-Ħniena Divina ad unur ta’ din il-qaddisa nhar it-Tlieta fis-7.00pm.
  • Laqgħa ġenituri u parrini: Nhar l-Erbgħa fis-7pm sa ssir laqgħa ghal-ġenituri u l-parrini ta’ dawk li ser jagħmlu l-Griżma ta’ l-Isqof fis-sala tal-Konferenzi.
  • Għaqda Nisa Ġiljaniżi: Nhar il-Ħamis jibdew il-laqgħat tal-għaqda b’quddiesa fil-Knisja Parrokjali fl-10am. Wara s-sessjoni tkompli fis-sala tac-Centru tal-Konferenzi.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar – Festa tal-Madonna tar-Rużarju:  Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, toħroġ il-Purċissjoni mil-Knisja Parrokjali għal fuq il-pont, titla’ ‘l fuq fi Triq Forrest, tgħaddi minn Triq il-Mensija, Triq Forrest (naħa tal-Kunsill Lokali), Triq Wied Ghomor, Triq il-Kbira, Triq Mons Guido Calleja, u lura għall-Knisja Parrokkjali.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Laqgħat għall adoloxxenti li għamlu l-grizma. Bl-għajnuna tal-Y4J, sa nerġgħu norganizzaw laqgħat ta’ formazzjoni wara l-griżma. Dawn sa jsiru fiċ-Ċentru San Ġiljan nhar ta’ Sibt waqt il-laqgħat tal-katekizmu. Min jixtieq japplika għandu jiġbor applikazzjoni mis-sala tal-konferenzi nhar is-Sibt.   
  • Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali jixtieq javża li kull min għandu ‘l fuq minn 18-il sena u huwa nteressat jieħu t-tilqima tal-influwenza, għandu jċempel lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 6 t’Ottubru.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Settembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Guza Sant, Tony Rizzo, Robert Dingli u Rose Micallef.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…

About the author

Ikkummenta