
- Ġbir: Matul dan il-weekend, qed ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
- Ringrazzjament: Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom b’xi mod jew ieħor fl-attivitajiet li saru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġiljan.
- Spazju għal Qalb: Nistiednu t-tfal bejn it-8 u 10 snin u l-familji tagħhom biex jipparteċipaw fl-animazzjoni ta’ storja mill-ktieb ‘Spazju għal Qalb’, kitba kreattiva u attivita spiritwali nhar l-Erbgħa bejn is-6.30pm u s-7.30pm ġewwa t-Teatru Grieg, Ta’ Qali. Biex tirreġistra idħol: www.sds.mt/event/nghidu-grazzi
- Festa Nazzjonali: Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru, hi l-Festa tat-Twelid tal-Verġni Marija – Festa Nazzjonali. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ fost il-ġimgħa.
- Talb għall-vokazzjonijiet: Kull tieni Sibt tax-xahar fis-6pm, reġgħet bdiet issir il-Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-Kappella tas-Seminarju. Id-darba li jmiss ser tkun nhar is-Sibt li ġej. Fil-5.30pm ikun hemm it-talba tar-Rużarju, fis-6pm quddiesa u fis-6.45pm adorazzjoni u barka. Iktar informazzjoni mill-Facebook page taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet jew iċempel is-Seminarju. Tajjeb li nagħrfu l-bżonn li nitolbu lill-Mulej biex jibgħat aktar ħaddiema fl-għalqa tiegħu.
- Korsijiet: Il-Pastoral Formation Institute qed toffri ‘l fuq minn 17-il kors different. Dawn il-korsijiet huma indirizzati għal min jixtieq japprofondixxi aktar fuq il-ħajja Nisranija, jew fuq is-servizz li jagħti fil-komunita’. Dawk interessati jistgħu jsibu aktar informazzjoni fuq in-noticeboard u fuq is-sit www.pfi.edu.mt.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Awwissu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Winnie Cassar, Carmela Cachia, Joseph Giacchino u Carmel Debono. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Collection: Collections made during this weekend will go to the needs of the Parish.
- Appreciation: I would like to thank all those who gave their time and effort in the activities on the occasion of the Feast of St Julian.
- Spazju ghal Qalb: We would like to invite 8 to 10 year old children and their families to participate in the animation of the book ‘Spazju ghal Qalb’, being both creative writing as well as a spiritual activity on Wednesday from 6.30pm to 7.30pm at the Greek Theatre in Ta’ Qali. Online registrations at www.sds.mt/event/nghidu-grazzi.
- National Feast: Friday 8th September, the feast of the Birth of the Virgin Mary, is a national feast. Mass times will be the same as weekdays.
- Prayer for vocations: On the second Saturday of the month at 6pm, the Mass and Adoration with special prayers for vocations are going to be resumed at the Seminary. The next one is on Saturday. The Rosary will be recited at 5.30pm, there will be Mass at 6pm and adoration and a blessing at 6.45pm. More information is available on the Vocations Centre Facebook page or one can also call the Seminary.
- PFI courses: The Pastoral Formation Institute is offering 17 different courses this year. These are aimed at those who wish to deepen their understanding about Christian life or about the service to provide in the community. More information is accessible on the church notice board or www.pfi.edu.mt.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Winnie Cassar, Carmela Cachia, Joseph Giacchino and Carmel Debono who entered eternal life during the month of August. Eternal rest give unto them O Lord …
Related