AVVIŻI– PARISH NOTICES 14 – 15 ta’ Ottubru 2023

  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija.  Min jixtieq jiltaqa’ għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tlieta. Se mmorru għal quddiesa gewwa s-Santwarju, l-Mellieha u nkomplu b’ikla l-Bottegin Restaurant. Trasport jitlaq minn Ta’ Giorni fl-9.50 u minn Spinola fl-10am.  Nerggħu lura fit-3.00pm
  • Laqgħat għall-adoloxxenti li għamlu l-Griżma: Bl-għajnuna tal-Y4J, sa nerġgħu norganizzaw laqgħat ta’ formazzjoni wara l-Griżma. Dawn sa jsiru fiċ-Ċentru San Ġiljan nhar ta’ Sibt fl-4pm waqt il-laqgħat tal-katekiżmu. Min jixtieq japplika għandu jiġbor applikazzjoni mis-sala tal-konferenzi nhar is-Sibt.  
  • Preżentazzjoni tal-adoloxxenti li ser jirċevu s-sagrament tal-Griżma: Nhar il-Ħadd waqt il-Quddiesa tal-Familji li ser issir fid-09.30am fil-knisja parrokkjali ser jiġu preentati l-adoloxxenti i fis-27 t’Ottubru ser jirċevu s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
  • Ġurnata Missjunarja: Il-ġbir kollu li se jsir matul il-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Missjoni fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Nixtiequ nuru apprezzament lejn tant missjunarji li tul is-snin marru fl-artijiet tal-missjoni. Għad hemm tant missjunarji, anke jekk ħafna minnhom f’età avvanzata, li għadhom jagħtu qalbhom u l-enerġija kollha tagħhom biex iwasslu l-ferħ tal-Evanġelju u jgħinu anke materjalment u soċjalment lill-eluf kbar ta’ nies f’ħafna pajjiżi.  Ejjew inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
  • Ġabra għall-Hospice:  Fil-bibien tal-knisja sa ssir ġabra għal Hospice Malta li joffru s-servizzi ta’ kura paljattiva lill-persuni morda bil-kanċer, ALS, kif ukoll mard serju ieħor.  L-għan tal-kura paljattiva huwa li jtaffi l-uġigħ u sintomi oħra u jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-pazjenti. Il-Hospice tagħti appoġġ lill-familjari li jkunu
    għaddejjin minn dawn il-mumenti diffiċli.  Dawn is-servizzi jiġu offruti kollha b’xejn lil ‘il fuq minn elf familja.  Barra minn hekk, min jagħti donazzjoni issa jkun qiegħed jgħin lil Hospice Malta biex jevolvi f’St Michael Hospice – ġewwa post rinovat
    f’Santa Venera li sa jkollu l-ewwel ‘Hospice inpatient Unit’ ġewwa Malta. Inħeġġiġkom biex nkunu ġenerużi.
  • Grupp Hbiberija Outing:  Next Friday there will be an outing organised by Grupp Hbiberija.  We shall hear Mass at the Sanctuary in Mellieha and then have lunch at the Bottegin Restaurant.  Transport leaves Ta’ Giorni at 9.50am and Spinola at 10am and return is at 3pm. Anyone interested can call the parish office to book until Tuesday.
  • Meetings for adoloscents who received their confirmation: With the assitance of Y4J we will resume the formaton meetings after confirmaiton. These will be held at the St Julians Centre on Saturdays during the times of catechism meetings. Those who wish to apply must collect the application form at the conference centre on Saturday.
  • Sacrament of Confirmation: Next Sunday during the 9.30am mass for families we will present the children receiving Confirmation to the community.
  • Mission Sunday: All collections made during masses next weekend will be done in aid of the Missions, on the occasion of Mission Sunday.  Let us show our appreciation to so many doing missionary work over so many years in far away lands.  So many missioneries, even if elderly, are still giving their energy and efforts to bring the joy of the Gospel and also help thousands of people in other countries both materially and socially.  Let us respond to Missio’s appeal who does so much good with our missionary brothers and sisters around the world.
  • Collection for Hospice Malta:  Hospice Malta offers palliative care to those suffering from cancer, ALS as well as other serious sickness.  Palliative care helps to ease the pain and other symptoms and improves the quality of life for patients.  Hospice Malta supports the families who are passing from these difficult times.  These services are all offered free of charge to over 1000 families.  In addition, donations will also help the process of evolving into the new ‘Hospice Inpatient Unit’ at St Michael Hospice in St Venera.  Donations can be made at the church doors.  We encourage you to be generous.

About the author

Ikkummenta