
- Ġurnata Missjunarja: Il-ġbir kollu li se jsir matul il-quddies ta’ dan il-weekend se jmur għall-Missjoni fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Ejjew nuru apprezzament lejn tant missjunarji li tul is-snin marru fl-artijiet tal-missjoni u inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
- Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof:
- Nhar it-Tlieta fis-7.30pm se jkun hawn rehearsal għat-tfal u l-parrini fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar il-Ħamis, se jkun hawn il-qrar bejn il-5.30pm u t-8.00pm għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma, ġenituri u parrini fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm se jirċievu l-Griżma tal-Isqof 38 tifel u tifla fil-Parroċċa tagħna. Inżommuhom fit-talb tagħna matul din il-ġimgħa.
- Ġabra għall-Hospice: Il-ġabra li saret għall-Hospice Movement kienet ta’ €2,340. Il-Hospice tirringrazzjakom tal-ġenerożita’ tagħkom.
- Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk mill-Ħadd li ġej, il-quddiesa ta’ filgħaxija, kemm tal-Ħadd, kif ukoll ta’ matul il-ġimgħa tkun fis-6.30pm. Il-quddies tas-Sibt filgħaxija jibqa’ l-istess.
- Mission Sunday: All collections made during masses this weekend will be in aid of the Missions, on the occasion of Mission Sunday. Let us show our appreciation to so many doing missionary work over so many years in far away lands and respond to Missio’s appeal who does so much good with our missionary brothers and sisters around the world.
- Confirmation:
- A rehearsal for the children and godparents will be held on Tuesday at 7.30pm.
- Confession will be held on Thursday in the Parish Church from 5.30pm to 8.00pm for all children as well as their parents and godparents as a preparation for the Confirmation.
- The Confirmation celebaration will be held in the Parish Church on Friday at 7.00pm. Let’s keep the children in our prayers this week.
- Collection for Hospice Malta: The collection made for Hospice Malta last weekend amounted to €2,340. Hospice Malta thanks you for your generosity.
- Winter Hours: Next weekend we shall by turning back the clock by one hour, so as from next weekend all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
Related
Related Posts