AVVIŻI – PARISH NOTICES 11 – 12 ta’ Novembru 2023

  • Griżma 2024:  Ser ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tas-sitt sena (is-sena tal-Griżma tal-2024) nhar l-Erbgħa fis-7.00pm fis-Sala tal-Konferenzi.  
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija.  Se ssir quddiesa fil-knisja tal-Qawra u ikla fil-Milk and Coffee Restaurant, Qawra.  Tluq minn Ta’ Giorni fl-10am u Spinola fl-10.15am u ritorn fit-3pm. Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
  • Flimkien: Il-fuljetti Flimkien jinsabu fil-biebin tal-Knisja, nitolbukom biex intom u ħerġin tiġbru kopja. Infakkru lill-helpers li offrew li jqassmu fid-djar u li għadhom ma ġabrux il-pakkett tagħhom biex jagħmlu dan.
  • Apprezzament:  Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li laħqet is-somma ta’ €1,400.
  • Ġabra Għall-Iskejjel tal-Knisja:  Bħal kull sena, il-Knisja qiegħda tappella għall-ġenerożità tal-membri tagħha biex jgħinuha tipprovdi l-mezzi  finanzjarji biex l-iskejjel tal-Knisja f’Malta jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ’l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ. Għal dan il-għan, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
  • Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2024: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom jkellmu lil Fr Joshua.  Hemm ukoll envelopes fejn il-bibien tal-knisja biex tiktbu l-mejtin tagħkom biex aħna npoġġuhom fil-qoffa li hawn taħt l-altar biex nitolbu għalihom matul dan ix-xahar.
  • Bookshop: Din il-ġimgħa rċevejna ħafna oġġetti tal-Milied, bambini, ornamenti u kartolini ġodda fost oħrajn. Ninkoraġukom biex tidħlu tagħtu titwila.
  • Confirmation 2023:  A meeting for the parents of those children receiving their Confirmation next year will be held on Wednesday in the Conference Hall at 7.00pm.
  • Grupp Ħbiberija outing:  An outing is being organised by the Diaconia Commission on Friday.  It will start with mass at Qawra Church followed by a lunch at the Milk and Coffee Restaurant.  Departure from Ta’ Giorni at 10am and Spinola at 10.15am and return at 3pm.  One can call the parish office to book.
  • Flimkien pamphlet:  The November pamphlets can be collected at the church doors.  May we remind those helpers who haven’t collected their packs yet to do so.
  • Appreciation: Thank you for the donations held in aid of the parish last Sunday.  The collection amounted to €1,400.
  • Collection for Church schools:  As in previous years, the Church is appealing to your generosity to provide the financial means so that it can continue in its education mission to thousands of children and youths.  For this reason all collections in the coming weekend will be made for the Church School Fund.
  • Mass intentions 2024:  Those wishing to book mass intentions for next year may contact Fr Joshua.  There are also envelopes near the church doors so that you will write down your departed loved ones so they will be placed under the altar in order to pray for them during the month of November.
  • Bookshop:  This week we received several new items in the bookshop including baby Jesus statues, ornaments and Christmas cards.You are welcome to pay a visit.

About the author

Ikkummenta