AVVIŻI – PARISH NOTICES 25 – 26 ta’ Novembru 2023

  • Assemblea Plenarja: L-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Ewropej  se tiltaqa’ għall-ewwel darba f’Malta bejn għada t-Tnejn u nhar l-Ħamis. Kull sena, l-Isqfijiet tal-pajjiżi Ewropej jiltaqgħu biex jiddiskutu suġġetti importanti li jolqtu l-fidi Nisranija fl-Ewropa. Din id-darba t-tema sa tkun “Passi ġodda għal Knisja sinodali fl-Ewropa”. Sa jsiru tliet ċelebrazzjonijiet speċjali li għalihom intom mistiedna:
  • It-Tnejn fis-6.30pm quddiesa tal-ftuħ tal-Assemblea Plenarja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
  • It-Tlieta fis-6.30pm quddiesa fil-Bażilka Rotunda tal-Mosta.
  • L-Erbgħa fis-6.00pm quddiesa fil-Katidral, Mdina.

Inħeġġu lil kulħadd biex nitolbu għall-Isqfjiet f’dawn il-jiem tal-Assemblea Plenarja tagħhom f’Malta.

  • Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu se jkun hawn coffee morning fiċ-Ċentru.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:  Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.
  • L-Ewwel Ħadd tal-Avvent:  Fid-9.30am ħa jkollna quddiesa għall-familji li fiha jkun hemm tberik ta’ girlandi.  Inħeġġu lit-tfal u lill-familji biex jattendu.
  • Buffet Lunch: Fadal ftit biljetti għall-buffet lunch fis-sala tal-konferenzi nhar il-Ħadd fin-12.30pm, b’risq ir-restawrazzjoni li dejjem għadejja fil-Knisja ta’ Lapsi. Biljetti mill-helpers ta’ Lapsi.
  • Mixja Favur il-Ħajja: Nhar Ħadd 3 ta’ Diċembru se tkun organizzata l-Mixja Favur il-Ħajja.  Se tibda fit-3.00pm u titlaq minn Pjazza Kastilja, il-Belt u titkompla b’serata għall-familja sas-6.00pm. Kelliema speċjali se tkun Patricia Sandoval, li għandha esperjenza personali qawwija ħafna x’taqsam ma’ min għandu għal qalbu l-protezzjoni tal-ħajja.
  • Kummissjoni Djakonija:  Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għal gbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna.  Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2024: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom jkellmu lil Fr Joshua.
  • Avvent:Kull nhar ta’ Tnejn mill-4 ta’ Dicembru wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna Lectio Divina li se jsir fiċ-Ċentru u online. Nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru se jsir l-Irtir tal-Avvent. Nibdew bil-quddiesa tad-9am fil-Knisja Parrokkjali, imbagħad ninżlu fis-Sala taċ-Ċentru fejn jibdew is-sessjoni immexxija minn Fr David Borg.  Min jixtieq jibbukkja, jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali jixtieq javża li sa jsir Coffee Morning nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru. Aktar informazzjoni cemplu lil Kunsill fuq 21373111.
  • Assemblea Plenaria: The Plenary Assembly of the Council of the Conferences of European Bishops is meeting in Malta for the first time this Monday to Thursday.  They meet every year to discuss important subjects that touch on Christian faith in Europe. The theme this year will be “New steps for the synodal Church in Europe”.  Three special celebrations for which you are all invited will take place:
    1. Opening Mass at St John’s Co-Cathedral on Monday at 6.30pm
    1. Mass at the Mosta Basilica on Tuesday at 6.30pm
    1. Mass at the Mdina Cathedral on Wednesday at 6.00pm.

We encourage you all to pray for the Bishops during this first plenary assembly in Malta.

  • Coffee morning: On Tuesday there will be a coffee morning in the Conference centre.
  • First Friday: Friday is the first Friday of the month.  An adoration will follow the 6.30pm mass.
  • First Sunday of Advent:  The 9.30am mass for families will include the blessing of  Advent wreaths. We encourage all children to attend.
  • Buffet Lunch: A few tickets are left for a buffet lunch at the Conference Hall on Sunday at 12.30pm. Proceeds will go towards the restoration fund which is always being undertaken at Lapsi Church. Tickets from the helpers of Lapsi Church.
  • Walk in favour of Life:  A walk in favour of Life will take place on Sunday 3rd December.  It leaves from Castille Square, Valletta at 3pm and will continue with a family evening until 6pm. Patricia Sandoval, who has a very strong personal experience on the subject, will be a guest speaker.
  • Diaconia Commission:  Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need. If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families, one can also contact us. Donations for this cause are also welcome.  We thank you in advance.
  • Mass intentions 2024:  Those wishing to book mass intentions for next year may contact Fr Joshua. 
  • Advent: On Monday 4th December we shall be starting a series of Lectio Divina during Advent.  They will be held at the Conference centre and online. The Advent retreat will be held on Saturday 9th December.  We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr David Borg.  Bookings may be made by calling the parish office.
  • The Local Council: The Local council would like to inform you that a Coffee Morning is being organised on Tuesday 5th December. For more information, please call the Counil on 21373111.

About the author

Ikkummenta