
- Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u l-ġabra tkun għall-bżonnijiet tal-parroċċa. Kif tafu f’Settembru konna avżajnikom li għandna bżonn madwar €14,000 li jkopru l-manutenzjoni li sar, il-kontijiet tal-ARMS (b’mod partikulari minħabba l-użu tal-ac), u r-refurbishment li sar fis-Sala Gwanni Pawlu II). Sa issa inġabret is-somma ta’ €3,300, jiġifieri għadna lura biex niġbru s-somma imma nafdaw fil-ġenerosita’ tagħkom.
- L-ewwel Tqarbina 2024: Ser ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-ewwel Tqarbina nhar it-Tlieta fil-5.00pm fis-Sala tal-Konferenzi.
- Marriage Works Group: Nhar is-Sibt ser ikollna l-laqgha ta’ kull xahar għall-koppji. Il-laqgħa tkun fis-Sala Papa Gwanni Pawlu II fis-7.15pm. Koppji huma mistiedna li jattendu.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Bake sale: Nhar il-Ħadd filghodu sa jkun hawn bake sale b’risq il-grupp tal-armar tal-festa fuq iz-zuntier.
- Tberik: Wara l-feedback posittiv li rċevejna dwar il-mod kif iż-żjajjar tal-familji ġew organizzati wara l-pandemija, qed nipproponu li din is-sena ntejbu fuq il-mod kif dawn l-appuntamenti jiġu magħmula. Kull m’għandek tagħmel minn naħa tiegħek hu li timla formola li se tirċievi d-dar sa l-aħħar ta’ Novembru u nikuntattjawk lura aħna għal appuntament.
- Flimkien: Il-helpers li offrew li jqassmu fid-djar lil dawk li abbonaw fih jistgħu jiġbru l-fuljetti jew mis-sagristija jew minn fejn miftiehem magħhom. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna.
- Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2024: Dawk kollha li jixtiequ jibbukkjaw xi quddiesa għas-sena d-dieħla għandhom ikellmu lil Fr Joshua.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Dominic Frendo, Kim Dowling, Theresa Cassar, Mario Stilon De Piro, Gerald Miller, Mary Lourdes Farrugia u Alfred Gera. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Collection: This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish. In September we had advised we need around €14,000 to cover maintenance costs, the Arms bills (especially with respect to the air conditioning costs) and the refurbishment expenses of the John Paul II Hall. We have only collected €3,300 so far so I leave it to you and your generosity to cover these costs.
- First Holy Communion 2024: A meeting will be held on Tuesday at 5.00pm at the Conference Hall for the parents of those children receiving their first Holy Communion.
- Marriage Works Group: On Saturday there is the Marriage Works Group monthly meeting. The meeting will be held at JPII Hall at 7.15pm. Married couples are encouraged to attend.
- Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
- Bake Sale: On Sunday there will also be a bake sale on the parish church parvis in aid of the feast decoration group.
- Family Visits: Following the positive feedback we received on the way we conducted family visits after the pandemic, we are proposing that this year we will improve on the way the family visits are booked. All you need to do is fill out a form you will be receiving at home to show your interest by the end of November and we will call you back with an appointment.
- Flimkien pamphlet: Those helpers who offered to distribute the Flimkien pamphlets to households are kindly asked to collect their pack from where it was agreed with them. Thank you for your help.
- Mass intentions 2024: Those wishing to book mass intentions for next year may contact Fr Joshua.
- Prayers for the faithful departed: We pray for Dominic Frendo, Kim Dowling, Theresa Cassar, Mario Stilon De Piro, Gerald Miller, Mary Lourdes Farrugia and Alfred Gera who went to eternal life during the month of October. Eternal rest give unto them Oh Lord….
Related