AVVIŻI – PARISH NOTICES 16 – 17 ta’ Diċembru 2023

  • Path to redemption: Illum fis-7.30pm ġewwa l-Knisja ta’ Lapsi sa jkollna sinfonija ta’ lezzjonijiet u mużika sagra.  L-attivita’ se tinkludi qari minn siltiet tal-kelma t’Alla u mużika bl-arpa bil-parteċipazzjoni tal-Coro Bel Canto.
  • Lectio Divina: Għada/t-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna t-tielet u l-aħħar Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru u online.
  • Coffee Morning: It-Tlieta li ġej – coffee Morning bħala fundraising għall-parroċċa.
  • Qrar:  Nhar l-Erbgħa jkun hawn il-qrar fil-Knisja parrokkjali bejn is-6.00pm u t-8.00pm bħala preparazzjoni għall-Milied. F’dan il-waqt ikolna lil Ġesu’  Sagramentat espost (barra waqt il-quddiesa tas 6.30pm) għall-qima tagħna.
  • Dimostrazzjoni tal-Bambin Ġesu’: Nhar il-Ħamis se ssir id-dimostrazzjoni tal-Bambin.  Titlaq mill-Knisja Parrokkjali fil-5.30pm, tgħaddi minn Triq Mons. Guido Calleja, Triq il-Kbira, Triq il-Karmnu, Triq Sant’Anġlu, u ddur għal-Knisja ta’ Lapsi fejn ikollna l-priedka tat-tfal.
  • Prelude to Christmas: Kunċert tal-Milied mill-Amadeus Chamber Choir fis-7.30pm fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan,
  • Quddies għal Lejlet il-Milied

                 Knisja tal-Kunċizzjoni:          5.30pm       Quddiesa tal-Vġili

                 Knisja Parrokkjali:                6.30pm       Quddiesa tal-Vġili

                 Knisja ta’ Lapsi:                    8.00pm       Quddiesa bl-Ingliż

      Knisja Parrokkjali:                9.30pm       Għanjiet tal-Milied mill-Amadeus Chamber Choir

                                                  10.00pm     Priedka tat-tfal segwita mill-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied

Jum il-Milied: Ħinijiet tal-Quddies ikunu fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am u 12.15pm.  Filgħaxija ma jkunx hawn quddiesa fil-knisja parrokkjali iżda ser ikun hemm Quddiesa fil-5.30pm fil-kappella tal-Kunċizzjoni.

  • Grazzi:  Grazzi minn qalbna lil kull min ipprepara l-ikel, hamper jew donazzjonijiet għall-familji fil-bżonn li sa jitqassmu matul din il-ġimgħa. Nieħu l-opportunita’ biex nirringrazzja lill-membri tal-grupp Djakonija li b’sagrifiċċju personali jagħmlu dan ix-xogħol, mhux biss f’dan iż-żmien, imma matul is-sena kollha.
  • Kalendarju: Mal-bibien tal-Knisja għandkom issibu kalendarji għas-sena l-ġdida.  Kull familja mistiedna tieħu kopja bħala apprezzament tal-għajnuna tagħkom. 
  • Path to Redemption:  A symphony of lessons and sacred music will be held at Lapsi Church tomorrow/this evening at 7.30pm.  The activity will include readings from the Holy Scripture and harp music with the participation of Coro Bel Canto.
  • Lectio Divina: On Monday we shall have the third and final Lectio Divina as part of our journey during Advent at Room 3 at the Conference centre and online.
  • Coffe Morning in aid of the parish on Tuesday 19th December 2023.
  • Confession:  In preparation for Christmas, we are offering the service of confessions on Wednesday from 6.00pm to 8.00pm at the Parish Church.  The Blessed Sacrament will also be exposed for our adoration during this time, except during evening Mass.
  • Demonstration with Baby Jesus:  On Thursday at 530pm we shall have a demonstration with Baby Jesus from the Parish Church goes through Mons Guido Calleja Street, Main Street, up Carmel Street, St Angelo Street to Lapsi Church, followed by the traditional children’s Christmas sermon.
  • Prelude to Christmas: Christmas concert by the Amadeus Chamber Choir on Thursday 21st December 2023 – 7.30pm – St Julians parish church.  Tickets from the Book Centre.
  • Christmas Eve Masses:

            Immaculate Conception Chapel:     5.30pm         Vigil Mass

            Parish Church:                            6.30pm         Vigil Mass

            Lapsi Church:                             8.00pm         Mass in English

            Parish Church:                            9.30pm         Hymns by Amadeus Choir

            10.00pm       Children’s Christmas sermon followed by Christmas Night Mass

Christmas Day:  Mass times will be at 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am and 12.15pm.  There will be no evening mass in the parish church on Christmas Day but there will be mass at 5.30pm in the Immaculate Conception church.

  • Appreciation: A special thank you goes to those who provided cooked meals, food hampers and gave donations during this month, thanks to which we shall be distributing to many families in need throughout this week.  I would like to take this opportunity to especially thank the members of the Diaconia Group who volunteer their own time with personal sacrifice, not only at this time but throughout the year.
  • Calendar:  Next year’s calendar is now available at the church doors.  Each family is welcome to a copy as a token of thanksgiving.

About the author

Ikkummenta