AVVIŻI– PARISH NOTICES 2 – 3 ta’ Diċembru 2023

  • Ġbir: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u l-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Mis-somma li konna tlabna f’Settembru (dawl u manutenzjoni) ta’ kważi €14,000, irċevejna €7,000 s’issa (€4,000 mill-aħħar 3 ġabriet u €3,000 minn donazzjonijiet varji) u ta’ dan nirringrazzjawkom minn qalbna.  Jonqos l-aħħar sforz biex dan ix-xahar mqar niġbru €3,000 oħra u b’hekk nkopru l-parti l-kbira minn dawn l-ispejjeż li saru matul din is-sena.

Il-Ġabra tal-iskejjel li saret ħmistax ilu ammontat għal €1,220.

  • Avvent:
    • Lectio Divina: Minn għada t-Tnejn u kull nhar ta’ Tnejn waqt l-Avvent wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru u online.
    • Irtir: Nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru għandna l-irtir tal-Avvent immexxi minn Fr David Borg. Nibdew bil-quddiesa tad-9am u nkomplu fis-Sala taċ-Ċentru.  Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
  • Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni. Tajjeb li wieħed jisma’ quddiesa.  Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ matul il-ġimgħa u jkollna zewg quddiesiet oħra fl-9.45am u fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.
  • Anniversarju tal-Bookshop: Illum is-Sibt/Il-bieraħ il-bookshop għalaq 40 sena ta’ ħidma kontinwa permezz ta’ ħafna helpers matul iż-żmien. Fl-okkażjoni tal-40 sena anniversarju, raħħasna 40 oġġett li jistgħu jiġu akkwistati mill-bookshop stess illum.  Nilqgħu dejjem helpers ġodda biex titkompla l-ħidma.
  • Adorazzjoni għal aktar vokazzjonijiet: Nhar il-Ħamis fis-6.30pm, se ssir adorazzjoni b’talb għall-qdusija tas-saċerdoti u għal aktar vokazzjonijiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat. Imbagħad, quddiesa fis-7.25pm.
  • Mince Pies:  Il-weekend li ġej se jkun hawn bejgħ ta’ mince pies għall-fund raising għall-Parroċċa. 
  • Kunċert annwali tal-Milied: Amadeus Chamber Choir jixtiequ javżaw li l-kunċert annwali tal-Milied “A Prelude to Christmas” se jsir hawnekk fil-Knisja nhar il-21 ta’ Dicembru fis-7:30pm. Dan il-kunċert se jsir b’risq Puttinu Cares Foundation u biljetti jistgħu jinkisbu mill-book shop.
  • Kummissjoni Djakonija:  Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna.  Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Bazaar:  Matul ix-xahar ta’ Diċembru qed isir bazaar fil-Knisja ta’ Lapsi mit-Tnejn sas-Sibt mid-9am sas-1pm u nhar ta’ Ħadd wara l-quddiesa tad-9am.
  • Avviż mill-Kunsill Lokali: Kull min għandu ‘l fuq minn 18-il sena u huwa nteressat li jieħu t-tilqima tal-influwenza jista’ jċempel lill-Kunsill sa nhar it-Tlieta.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Maria Pace, Maria Parnis, Joseph Sapienza, Herbert Psaila, Concetta Azzopardi, Gladys Dunford, Vincent Azzopardi u Mary Aquilina.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collections:  This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish.  So far we have collected €7,000 (€4,000 from 3 collections and €3,000 from various donations) of the €14,000 we asked for in September, for which we thank you.  One more effort is kindly being requested to collect another €3,000 that will cover the bulk of the expenses that we spent on electricity and maintenance this year.

The collection for schools that was held 2 weeks ago amounted to €1,220.

  • Advent:
    • Lectio Divina: On Monday we have the first Lectio Divina in preparation for Advent at Room 3 at the Conference centre. One can also follow online through a link posted on our Facebook page on the day.
    • Retreat: The Advent retreat will be held on Saturday.  We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr David Borg.  Booking at the parish office.
  • Feast of the Immaculate Conception: The Solemnity of the Immaculate Conception is celebrated on Friday.  It would be nice to hear mass on the day. Mass times will be the same as weekdays and there are also two Masses at the Immaculate Conception Chapel at 9.45am and 5.30pm.
  • Bookshop anniversary: Today Saturday/yesterday marks the 40th anniversary from the opening of the bookshop and the continued work by the few helpers.  We have discounted 40 items for this occasion and are available today.  New helpers are always welcome.
  • Adoration for more vocations:  An adoration including prayers for the sanctification of priest and for more vocations will be held on Thursday at the Archbishop’s Seminary in Rabat at 6.30pm and will be followed by Mass at 7.25pm.  Everyone is welcome to attend.
  • Mince pies:  Next weekend there will be a sale of mince pies in aid of the Parish.
  • Annual Christmas concert: After evening mass on 21st December, the Amadeus Chamber Choir will be presenting a Prelude to Christmas concert in aid of the Puttinu Cares Foundation.  Tickets from the bookshop.
  • Diaconia Commission:  Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or make a monetary donation for this cause, one can also contact us. We thank you in advance. 
  • Bazaar: A bazaar is being held during the month of December at Lapsi Church from Monday to Saturday from 9am to 1pm and on Sundays after the 9am Mass.
  • Local Council notice:  Anyone over 18 years of age who would like to take the influenza vaccine can do so by calling the local council until Tuesday.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Maria Pace, Maria Parnis, Joseph Sapienza, Herbert Psaila, Concetta Azzopardi, Gladys Dunford, Vincent Azzopardi and Mary Aquilina, who entered eternal life during November. Eternal rest grant unto them O Lord…

About the author

Ikkummenta