AVVIŻI – PARISH NOTICES 9 – 10 ta’ Diċembru 2023

  • Lectio Divina: It-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkollna t-tieni Lectio Divina li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru u online.
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija.  Ikollna quddiesa fil-kappella ta’ San Pawl tat-Tarġa u buffet lunch l-Olea Restaurant, Salini Hotel. Tluq minn Ta’ Giorni fl-10.20am u Spinola fl-10.30am u mmorru lura fit-3.00pm.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u tberik tal-Bambini.
  • Path to redemption: Nhar il-Ħadd li ġej fis-7.30pm ġewwa l-Knisja ta’ Lapsi sa jkollna sinfonija ta’ lezzjonijiet u mużika sagra.  L-attivita’ se tinkludi qari minn siltiet tal-kelma t’Alla u mużika bl-arpa bil-parteċipazzjoni tal-Coro del Canto.
  • Kunċert annwali tal-Milied: Amadeus Chamber Choir ifakkrukom fil-kunċert annwali tal-Milied b’risq Puttinu Cares Foundation li se jsir fil-Knisja Parrokkjali nhar il-21 ta’ Dicembru fis-7:30pm. Biljetti jistgħu jinkisbu mill-book shop.
  • Kummissjoni Djakonija:  Nfakkrukom fil-qfief fil-Knejjes għall-ġbir tal-ikel u toiletries għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna. Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Leġjunarji ta’ Marija: Fl-okkażjoni tas-Sollenita’ tal-Kunċizzjoni li ċċelebrajna nhar il-Ġimgħa, xtaqna nagħtu rigal lill-Madonna billi nagħtu spinta lill-grupp tal-Leġjunarji ta’ Marija. Jekk hawn xi ħadd li jixtieq jingħaqad ma’ dan il-grupp (nisa u irgiel), jista’ jkellimna mill-aktar fis possibbli.
  • Bookshop: Fil-bookshop, fost affarijiet oħra relatati mal-Milied, għandna għall-bejgħ CD ta’ Andrew Cauchi bl-għanjiet tal-Milied.
  • Avviż mill-Kunsill Lokali: Il-Kunsill Lokali qed jorganiżża ġurnata Għawdex nhar l-Erbgħa 27 ta’ Dicembru.  Kull min hu interessat jista’ jċempel lill-kunsill sa nhar il-Gimgħa.
  • Mince Pies: Dan il-weekend hawn bejgħ ta’ mince pies għall-fund raising għall-Parroċċa barra l-bibien tal-Knisja. 
  • Lectio Divina: On Monday we shall have the second Lectio Divina as part of our journey during Advent at Room 3 at the Conference centre. One can also follow online through a link posted on our Facebook page on the day.
  • Grupp Ħbiberija outing:  Grupp Ħbiberija are organising the monthly outing on Friday.  We depart from Ta’ Giorni at 10.20am and Spinola Square at 10.30am for a Mass at the San Pawl tat-Targa chapel followed by a buffet lunch at Olea Restaurant in the Salini Resort.  We return at 3pm. One can book by calling the parish office. 
  • Family mass:  The 9.30am Mass at the Parish Church will be for families.  We remind the children to bring their baby Jesus statues to be blessed.
  • Path to Redemption:  A symphony of lessons and sacred music will be held at Lapsi Church on Sunday at 7.30pm.  The activity will include readings from the Holy Scripture and harp music with the participation of Coro del Canto.
  • Annual Christmas concert: We remind you of the Christmas concert by Amadeus Chamber Choir on 21st December at 730pm in aid of the Puttinu Cares Foundation.  Tickets from the bookshop.
  • Diaconia Commission:  Areminder regarding the baskets placed for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or for monetary donations, one can also contact us. We thank you in advance. 
  • Legion of Mary: Following the celebration of the feast of the Immaculate Conception on Friday, we thought of gifting our Lady by rekindling the Legion of Mary group.  One can speak to us if anyone (male or female) is interested to join this group.
  • Bookshop:  A CD by Andrew Cauchi featuring Christmas songs is for sale at the bookshop, besides the Christmas related items.
  • Local Council notice:  The local council is organising a day trip to Gozo on Wednesday 27th December.  Enquiries at the local council.
  • Mince pies:  This weekend we are having a sale of mince pies in aid of the Parish.

About the author

Ikkummenta