AVVIŻI – PARISH NOTICES 13 – 14 ta’ Jannar 2024

  • Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara: Minn nhar il-Ħamis, niċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara.  Infakkrukom fl-obbligu tagħna li nitolbu għall-għaqda bejn l-insara ħutna.
  • Laqgħa għal dawk li jieħdu sehem fil-liturġija: Sa ssir laqgħa għall-letturi, Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u animaturi nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar fis-7pm fil-Knisja Parrokjali.
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Lulju li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi tac-Ċentru.  Min jixtieq jattendi għandu jċempel l-Uffiċċju Parrokkjali biex jibbukkja.
  • Flimkien: Il-fuljetti Flimkien waslu u tistgħu tieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja. Il-helpers li offrew li jqassmu fid-djar lil dawk li abbonaw fih jistgħu jiġbru l-fuljetti jew mis-sagristija jew minn fejn miftiehem magħhom.  Nirringrazzjawkom tal-għajnuna.
  • Għoti tad-demm:  Il-Kazin Banda San Ġiljan ser jerġa jorganiżża attivita’ għall-għoti tad-demm nhar il-Ħadd li gej bejn it-8.30 u s-1.00pm. Din l-attivita’ qed issir flimkien mal-Bank tad-Demm b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali u l-Parroċċa fl-okazzjoni tal-Festa Liturġika ta’ San Ġiljan. Nħeġġukom biex tattendu.
  • Week dedicated to Christian Unity: On Thursday as Christians we celebrate the start of a week dedicated to praying for the unity of Christians.   May we remind you that we are obliged to pray for our brothers and sisters in Christ.
  • Meeting:  A meeting for lecters, Extraordinary Ministers of the Eucharist and animators on Friday 19th January at 7pm at the parish church.
  • Laqgħa mill-Qrib: There is going to be a meeting on Sunday 28th January at 10.30am at the St Julians Centre for those couples who are getting married until July this year and who completed the Cana Course.  Bookings may be made by calling the Parish Office.
  • Flimkien pamphlets:  The Flimkien pamphlets have arrived and can be collected from near the church doors; the helpers who offered to help can collect their pack from the sacristy or from where it has been agreed.
  • Blood donation:  The St Julians Band Club is organising a blood donation activity next Sunday from 8.30am to 1pm.  This activity is taking place in conjunction with the Blood Bank and with the collaboration of the Local Council and the Parish on the occasion of the liturgical feast of St Julian.  Your attendance is encouraged.

About the author

Ikkummenta