AVVIŻI – PARISH NOTICES 20 – 21 ta’ Jannar 2024

  • Festa Liturġika ta’ San Ġiljan: 
  • Fl-okkażjoni tal-festa Liturġika ta’ San Ġiljan li tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar sa jkollna dan il-programm:
  • Illum/għada il-Ħadd 21 ta’ Jannar – Għoti tad-Demm fil-Każin Banda San Giljan bejn it-8.30am u s-1.00pm. Għal din l-okkażjoni sa jkun hemm ġbir għall-Puttinu Foundation.
  • Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar sa ssir Dimostrazzjoni mit-tfal ta’ l-iskola Primarja bl-istatwa ta’ San Giljan bis-sehem tal-Banda Spinola mill-iskola primarja sal-Knisja ta’ Lapsi fejn issir quddiesa tal-festa ghat-tfal fid-9.30am.
  • Il-Kummissjoni Djakonija qed torganiżża Quddiesa fil-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar għall-Grupp Ħbiberija. Wara mmorru nieklu f’Da Tommaso Restaurant, Marsascala.  It-trasport jitlaq fl-10.10am minn Ta’ Giorni u fl-10.20am minn Spinola, u mmorru lura fit-3.30pm.
  • Nhar is-Sibt, jum il-festa, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa Liturġika fil-Knisja Parrokkjali animata mis-St Julian’s Choral Group u l-Banda San Ġiljan. Inħeġġu lil kullħadd, speċjalment kummissjonijiet u għaqdiet, biex jattendu.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali hija għall-familji.  Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
  • Flimkien: Fejn il-bibien tal-knisja għandkom issibu l-fuljetti. Jekk ma abbonajtux għalih, tistgħu tieħdu kopja magħkom intom u ħerġin.
  • St Julian’s Liturgical Feast: 
  • The following programme of events will be taking place on the occasion of the liturgical feast of St Julian on Saturday:
  • Tomorrow Sunday/today, the St Julians Band Club is organising a blood donation activity from 8.30am to 1pm. Donations can be made in aid of the Puttinu Foundation.
  • On Friday a children’s demonstration with the statue of St Julian will be held from the primary school to Lapsi Church where a feast mass will be held at 9.30am.
  • The Diaconia Commission is organising holy Mass at the St Julian Chapel in Senglea on Friday and will be followed by lunch at Da Tommaso restaurant in Marsascala.  Transport departs from Ta’ Giorni at 10.10am and from Spinola at 10.20am and returns at 3.30pm.
  • Holy mass will be held on Saturday at 6.30pm in the Parish Church on the occasion of St Julian’s Liturgical Feast animated by St Julian’s Choral Group and St Julian’s Band Club.  Everyone is encouraged to attend, in particular church commissions and groups.
  • Family Mass: On Sunday, the 9.30am mass in the Parish Church will be for families.  All families are invited to attend.
  • Flimkien pamphlets: The pamphlets are available near the church doors.  You may take your copy if you haven’t already subscribed to it.

About the author

Ikkummenta