AVVIŻI – PARISH NOTICES 27 – 28 ta’ Jannar 2024

  • Coffee morningNhar it-Tlieta filgħodu jkun hawn coffee morning fis-Sala taċ-Ċentru.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.  Qabel il-quddiesa fl-okkażżjoni tal-festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej se jsir it-tberik tax-xemgħa.
  • Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Nixtiequ ninformawkom li mill-1 sad-29 ta’ Frar se jintlaqgħu l-applikazzjonijiet online għall-iskejjel tal-Knisja.  Aktar informazzjoni tinkiseb minn fuq il-website tal-Kurja www.knisja.mt.
  • Crafts club: Se jibda klubb ġdid bla ħlas għall-adulti ġewwa ċ-ċentru San Giljan għal min jixtieq jitgħallem jew jieħu sehem f’xi crafts.  Dan se jibda jsir nhar ta’ Tlieta filgħodu bejn l-10am u l-12pm u jibda fis-6 ta’ Frar.  Iktar informazzjoni u kuntatti fuq in-notice boards.
  • Ħarġa għall-familji:  Nhar is-Sibt 10 ta’ Frar, festa pubblika, se ssir ħarġa għall-parroċċani kollha.  Trasport jitlaq minn Spinola fis-1.30pm u naslu lura sal-5.00pm.  Se nimxu lejn l-Imġarr u wara mmorru għat-te.  Min hu nteressat jibbukkja t-trasport jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • LOOP: Matul is-sena li għaddiet l-għaqda tad-djakonija tal-parroċċi f’Malta LOOP ipprovdiet mal-50,000 ikliet b’xejn lill-min hu fil-bżonn.  Tista’ tgħin int ukoll. Fejn il-bibien tal-knisja għandkom issibu envelopes bl-għan li jinġabru donazzjonijiet għall-ikliet, ingredjenti u hwejjeġ b’xejn li qed toffri din l-għaqda.
  • Coffee morning:  On Tuesday morning there will be a coffee morning at the conference hall.
  • First Friday: At 6.30pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church.  On the occasion of the feast of the presentation of Our Lord, a blessing of the candles will take place just before the beginning of the evening Mass.
  • Applications for Church schools:  Applications from Church schools will start being received from 1st to 29th February.  Refer to the Curia website www.church.mt for further information.
  • Crafts Club:  A new crafts club for adults who wish to learn a new craft or just take part in one will be held in the St Julians Centre on Tuesday mornings from 10am to 12pm.  This will start on the 6th February and will be free of charge.  Contact details on the notice boards.
  • Outing for families:  On Saturday 10th February, a public holiday, we shall have an outing for families.   Transport leaves Spinola at 1.30pm and will be back by 5.00pm.  There will be an hour’s walk and tea afterwards and we will be going towards Mgarr.
  • LOOP: Last year LOOP, the diaconia group of all parishes, gave out 50,000 free meals to those in need.  You too can help.  There are envelopes at the doors of the church where one can make their contribution towards meals, ingredients and even clothing offered by this group.

About the author

Ikkummenta