AVVIŻI-PARISH NOTICES 6 – 7 ta’ Jannar 2024

  • Ġabra: Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-ġabra li għamilna fl-aħħar tas-sena għad-Dar tal-Providenza li laħqet is-somma ta’ €2,000 nixtiequ nfakkrukom li llum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Parroċċa.

Nixtiequ nieħdu l-opportunita’ li nirringrazzjawkom minn qalbna tal-ġbir li sar matul is-sena l-ohra li skont il-kalkoli tagħna ħalla bilanċ (tistghu taraw ir-rendikont fuq in-notice boards), pero’ infakkrukom li dan ir-rendikont ma jinkludix il-kirjiet li għandna kif ukoll il-loan li għadna rridu nħallsu fuq iċ-Ċentru San Giljan.

Kif ħabbarna fl-aħħar tas-sena għandna l-pjaċir ninfurmawkom li waħda mill-propjetajiet li l-parroċċa għandha fi Triq Mikelang Borg ġiet mikrija lill-Primary Health Care. B’hekk barra mill-qliegħ mill-kirja din il-propjeta sa tkun użata bħala klinika għas-servizz tal-kommunita’.

  • Katekiżmu:  Din il-ġimgħa l-klassijiet tal-Katekiżmu jerġgħu jibdew wara l-vaganzi tal-Milied.
  • Tberik:  Minn dan ix-xahar sa nibdew noħorgu għall-family visits. Dawk li applikaw sa nċemplulhom, triq, triq matul dawn ix-xhur li ġejjin. Jekk hawn min jixtieq li nżuruh imma ma rċeviex l-applikazzjoni jew nesa jibgħatha, jekk jogħġobkom għamlu dan jew ċemplulna l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • Quddiesa għal dawk li se jiżżewġu f’din is-sena: Nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar fil-5.30pm sa ssir quddiesa mmexxija minn Mons. Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li fiha huma mistiendna l-koppji kollha li se jiżżewġu matul din is-sena. Tingħata tifkira tal-okkażjoni lil dawk li jattendu. Din hi opportunita’ għal dawn il-għarajjes li jiltaqgħu mal-Arċisqof.
  • Laqgħa: Sa ssir laqgħa għall-letturi, Ministri Straordinarji tat-Tqarbin u animaturi nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar fis-7pm fil-Knisja Parrokjali. 
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Ġunju li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar il-Ħadd 28 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi.  Bookings fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-parroċċa tagħna: Maria Caruana,  Giovanna Grech, Charlotte Busuttil, Joseph Ellul, Ursola Schembri, Philip Cann u Carolina Gambin.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collection:  While we thank you for the collection made for Dar tal-Providenza at the end of the year which amounted to €2000, may we remind you that today is the first Sunday of the month so the collection is for the needs of the parish.

May we take the opportunity to thank you for last year’s collections that will result in a positive balance (more information is on the notice boards), although it does not include income from rents and the payment of the loan on the centre.

As advised at the end of last year, one of the church properties on Triq Mikelang Borg has been rented out to Primary Health Care.  The clinic will not only help the parish financially but also give a service to the community.

  • Catechism:  Catechism classes will start again this week as usual after the Christmas holidays.
  • Family visits:  Family visits will start again this month.  We will contact those who applied on a street by street basis in the coming months.  Those who didn’t receive the application form or forgot to send it can simply contact the parish office this week.
  • Mass for newly married couples:  A mass is going to be held on Saturday 13th January at 5.30pm at St John’s Co-Cathedral led by the Archbishop, with a special invitation for newly married couples.  A souvenier will be given to the couples present. It is an opportunity for these couples to meet with the Archbishop.
  • Meeting:  A meeting for lecters, Extraordinary Ministers of the Eucharist and animators on Friday 19th January at 7pm at the parish church.
  • Laqgħa mill-Qrib: There will be be a meeting for those couples who are getting married until July this year and who completed the Cana Course, on Sunday 28th January at 10.30am at the St Julians Centre  Bookings may be made by calling the Parish Office.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Maria Caruana, Giovanna Grech, Charlotte Busuttil, Joseph Ellul, Ursola Schembri, Philip Cann and Carolina Gambin who entered eternal life during December. Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta