AVVIŻI– PARISH NOTICES 17 – 18 ta’ Frar 2024

  • Ġabra għas-Seminarju:   Il-ġbir kollu li qed isir fil-knejjes madwar Malta hu għas-Seminarju.  Fis-Seminarju hemm għaxar seminaristi mqassmin fuq seba’ snin.  Tlieta qed jagħmlu esperjenza tas-sena barra, wieħed se jsir djaknu u żewġ djakni se jiġu ordnati saċerdoti f’April.  Is-Seminarju jiddependi ħafna mill-ġenerożita’ tal-poplu t’Alla.   Nirringrazzjawkom ta’ kull għajnuna, kemm finanzjarja kif ukoll bit-talb tagħkom.
  • Eżerċizzi:  Minn nhar il-Ħamis nibdew kors ta’ eżerċizzi għal kulħadd minn Fr Keith Bonnici, Kappillan tal-Iklin u li kien Benedittin, fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm.
  • Lectio Divina:  Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkolna t-tieni Lectio Divina għal żmien ir-Randan li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru San Ġiljan.  Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9.30am fil-Knisja Parrokkjali hija għall-familji.  Il-familji huma mħeġġa li jattendu.
  • Laqgħat ghaż-żagħżagħ 10K:  Se jibdew laqgħat għaż-żagħħagħ bejn it-18 u t-35 sena ibbażati fuq il-kmandamenti bi spjegazzjoni li tagħti riċetta biex il-bniedem modern jagħmel suċċess fil-ħajja u jgħix il-ferħ tal-kmandamenti. Dan hu kors internazzjonali ta’ madwar sena li tiġa nfirex fi 15-il pajjiż u beda Għawdex fl-2019. Issa sa jibda’ wkoll f’Malta fil-Knisja tas-Swatar kull nhar ta’ Tlieta mis-27 ta’ Frar fis-7.30pm.
  • Fund raising għar-restawr tal-Knisja ta’ Lapsi:  Se ssirikla ta’ 3 korsijiet nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar fiċ-Ċentru San Ġiljan b’risk ir-restawr tal-Knisja ta’ Lapsi. Donazzjonijiet jintlaqgħu mill-kumitat.  Iktar dettalji fuq in-notice boards.
  • Collection for the Seminary:  All collections held in churches in Malta this weekend are in aid of the Seminary.  We have 10 seminarians at the moment spread over 7 years.  Three of them are studing abroad, one will be a deacon and another 2 deacons will be ordained priests in April.  The Seminary depends so much on the donations from God’s people.  Thank you for your donations and prayers.
  • Lectio Divina:  The second Lectio Divina will be held on Friday at 7pm in room 3 at the St Julians Centre.  This will also be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
  • Family Mass: The 9.30am mass on Sunday will be for families.  We encourage the children to attend.
  • Meetings for youths ‘10K’:  A series of meetings will be starting for youths aged 18 to 35 years.  These are based on the 10 commandments and will be presented in such a way that the modern youth can easily succeed in life and live the commandments happily.   This international course that was established one year ago and has already spead to 15 other countries originated in Gozo in 2019.  The course will be held in the Swatar parish church every Tuesday from the 27th February at 7.30pm.
  • Fund raising for Lapsi Church:  A three course meal is going to be held at the St Julians Centre on Sunday 25th February in aid of the restoration works at Lapsi Church.  Donations of €25 will be received by the committee.  Further information on the notice boards.

About the author

Ikkummenta