AVVIŻI – PARISH NOTICES 3 – 4 ta’ Frar 2024

  • Ġabra: Illum huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk il-ġabra li sa ssir sa tkun b’risq l-ispejjeż tal-parroċċa.  Niringrazjawkom tal-ġenerosita’ tagħkom.
  • Grupp San Padre Pio: Nhar it-Tnejn fil-parroċċa tagħna, se jingħata bidu għal Grupp San Padre Pio f’San Giljan.  Għalhekk fil-kappella tal-Kunċizzjoni fil-4.45pm ser jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesu’ Espost u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-5.30pm issir Quddiesa b’omelija b’tagħrif dwar San Padre Pio.  Wara l-Quddiesa jingħataw iktar dettalji.  Min hu interessat mitlub li jattendi nhar it-Tnejn.
  • Crafts club: Se jibda klubb ġdid bla ħlas għall-adulti ġewwa ċ-ċentru San Giljan għal min jixtieq jitgħallem jew jieħu sehem f’xi crafts.  Dan se jibda jsir nhar ta’ Tlieta filgħodu bejn l-10am u l-12pm u jibda nhar it-Tlieta.  Iktar informazzjoni u kuntatti fuq in-notice boards.
  • Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar is-Sibt niċċelebraw is-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.  Infakkrukom li hija Festa li hemm l-obligu tal-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, fid-9.00am fil-Knisja ta’ Lapsi, fid-9.30am, fil-11.00am u fis-6.30pm.  Ma jkunx hawn quddiesa tal-12.15pm.  Il-quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija tkun tgħodd għall-festa.
  • Ħarġa għall-familji:  Nhar is-Sibt ukoll se ssir ħarġa għall-parroċċani kollha.  Trasport jitlaq minn Spinola fis-1.30pm u naslu lura sal-5.00pm.  Se nimxu fl-inħawi tal-Imġarr u wara mmorru għat-te’.  Min hu nteressat jibbukkja t-trasport jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali matul din il-ġimgħa.
  • Vokazzjonijiet: Kull tieni sibt tax-xahar fis-6pm qed issir il-Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-Kappella tas-Seminarju. Id-darba li jmiss ser tkun nhar is-Sibt li ġej. Fil-5.30pm ikun hemm it-talba tar-Rużarju, fis-6.00pm quddiesa u fis-6.45pm adorazzjoni u barka. Wara ikun hemm ħin ta’ komunjoni.  Iktar informazzjoni mill-Facebook page taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet ‘Seminary Vocations Centre’ jew iċempel is-Seminarju. Tajjeb li nagħrfu l-bżonn li nitolbu lill-Mulej biex jibgħat aktar ħaddiema fil-għalqa tiegħu.
  • LOOP:  Infakkrukom fuq il-ġabra għall-għaqda ta’ LOOP.  Fejn il-bibien tal-knisja hemm envelopes bl-għan li jinġabru donazzjonijiet għall-ikliet, ingredjenti u hwejjeġ b’xejn li qed toffri din l-għaqda.
  • Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Giorgio Giordanella, Peter Tonna, Carmel Tonna, Antonio Buttigieg, Teresa Ellul Sullivan, Maria Camilleri, Mary Pisani, Winnie Torpiano, Theresa Mizzi, Maria Spiteri, Lina Pace u Godfrey Sciberras.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collection:  This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish.
  • Padre Pio Group:  A new prayer group dedicated to Padre Pio will be starting in our parish this Monday.  So at the Immaculate Conception chapel the Rosary will be recited at 4.45pm in front of the Blessed Sacrament and a Eucharistic Blessing will be given.  This will be followed by Mass at 5.30pm including a homily about Padre Pio. Further details will be given after the Mass.  Anyone interested in joining the group can simply attend the meeting on Monday.
  • Crafts Club:  A new crafts club for adults who wish to learn a new craft or just take part in one will be held in the St Julians Centre on Tuesday mornings from 10am to 12pm.  This will start on the 6th February and will be free of charge.  Contact details on the notice boards.
  • Solemnity of St Paul’s Shipwreck: We celebrate the feast of St Paul’s Shipwreck on Saturday.  Mass times will be at 8.00am, 9.00am at Lapsi Church, 9.30am, 11.00am and 6.30pm.  There will be no 12.15pm Mass. The Friday evening mass is valid for the feast.
  • Outing for families:  On Saturday as well, we shall have an outing for families.   Transport leaves Spinola at 1.30pm and will be back by 5.00pm.  There will be an hour’s walk and tea afterwards and we will be going towards Mgarr.
  • Prayers for vocations:  A Mass and adoration are being held every second Saturday of the month at the Seminary.  This Saturday the Rosary will be said at 5.30pm, followed by Mass at 6pm, adoration and a blessing and time to get together.  More info on our Facebook page Seminary Vocations Centre or by calling the Seminary.  We should keep in mind to pray for more workers in the Lord’s field.
  • LOOP:  Reminder regarding the LOOP collection.  There are envelopes at the doors of the church where one can make their contribution towards meals, ingredients and even clothing offered by this group.
  • Prayers for our faithful departed:  We pray for Giorgio Giordanella, Peter Tonna, Carmel Tonna, Antonio Buttigieg, Teresa Ellul Sullivan, Maria Camilleri, Mary Pisani, Winnie Torpiano, Theresa Mizzi, Maria Spiteri, Lina Pace and Godfrey Sciberras who entered eternal life during the past month.  Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta