Waqt iż-żmien tal-Milied il-Kummissjoni Djakonija timpenja ruħha bis-sħiħ f’ħidma li l-għan tagħha huwa li tkun solidari ma’ dawk fostna li għaddejjien minn żmien ta’ wġigħ fiżiku u/jew psikoloġiku, limitazzjoni finanzjarja u/jew sitwazzjonijiet oħra li jikkrejaw piż fuq il-persuna.

Ix-xogħol ta’ preparazjoni jibda’ minn kmieni biex fl-aħħar ħmistax il-kumitat kollu jħabbrek biex jitlestew il-hampers għall-familji ndikati, kif ukoll ikla misjura.
Biex dan ikun possibli rridu l-għajnuna ta’ bosta sponsors, kemm kumpaniji kif ukoll individwi.

Għaldaqstant nixtiequ nirringrazzjaw lil:
- Collis Williams Ltd
- Salvo Grima & Sons Ltd
- Worldwide Co Ltd
- Ta’ Kris Restaurant
- Meat Point Manufacturing Ltd
- Familji tat-tfal li jattendu l-iskola tas-Sacred Heart
- Għaqda Nisa Ġiljanizi
- Familji li għenu fit-tisjir ta’ ikla bnina w kompluta għal familji fil-bżonn.
- Kif ukoll diversi familji oħra li jkunu offrew għajnuna materjali jew finanzjarja iżda jkunu jixtiequ jibqgħu anonimi.
Il-parteċipazzjoni tal-komunita fil-ġbir t’ oġġetti hija waħda sostanzjali wkoll.

It-tqassim tal-hampers u ikel fid-djar tal-familji isir bil-kollaborazzjoni tal-
- – Community Policing
- – Voluntiera tal-waterpolo club ta’ San Ġiljan
- – Kif ukoll xi voluntiera individwalment
Jintbagħat awgurju wkoll lill-morda fi djarhom kif ukoll dawk li qegħdin jgħixu fi djar ta’ l-anzjani madwar Malta. Kartolina w rigal żgħir jitwassal lilhom minn xi wħud mill-voluntiera. L-ikla ta’ kull xahar ta’ Grupp Ħbiberija tkun waħda ta’ ċelebrazzjoni għal żmien il-Milied. L-attendenza hija dejjem waħda tajba w ta’ pjacir liema bħalu.
Il-ħidma kollha tkun possibli biss bl-impenn kbir u mħabba bla fini li jaħdmu biha l-membri kollha tal-Kummissjoni Djakonija. J’Alla din is-sena tkun mimlija barka, mħabba, hena w saħħa.
L-appuntament li jmiss huwa għal festa ta’ l-Għid il-Kbir fil-31 ta’ Marzu 2024.













