AVVIŻI– PARISH NOTICES 16 – 17 ta’ Marzu 2024

  • Infakkrukom li għada/illejla l-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir fil-Knisja ta’ Lapsi.
  • Irtir tar-Randan: Nhar it-Tlieta, festa pubblika, ser isir nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan. Nibdew bil-quddiesa fid-9am fil-Knisja Parrokkjali u nkomplu fis-Sala tal-konferenzi ma’ Fr Keith Bonnici li mexxa l-eżerċizzi.  Il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ xogħol imma tkun haġa sabiħa li nqaddsu dan il-jum bil-parteċipazzjoni tagħna fil-quddiesa.
  • Servizz ta’ Qrar:  Nhar l-Erbgħa mis-6.00pm sat-8.00pm ikun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali.  Se jkun hawn saċerdoti minn barra l-Parroċċa disponibbli għall-qrar waqt li jkun hemm Ġesu Sagramentat espost.
  • Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa): 
  • Fil-5.00pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi;
  • Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata mill-car park ta’ fejn il-Knisja, titla’ Triq Lapsi, iddur lejn Triq Sant’Anglu, tinżel Telgħet B’Kara, tgħaddi minn Triq il-Kbira u Triq Mons Guido Calleja u tidħol lura lejn il-Knisja Parrokkjali.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda għall-ħabta tat-7.45pm.
  • Kunċerti: Sa jsiru żewġ kunċerti fil-Knisja ta’ Lapsi nhar l-Erbgħa fit-7.45pm u s-Sibt fis-7.30pm mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola u l-Banda San Giljan rispettivament.
  • Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd, isir it-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Lapsi fid-9.00am. Inħeġġu lit-tfal li jiġu libsin ta’ personaġġi bibliċi biex imbagħad nimxu proċessjonalment lejn il-Knisja Parrokkjali fejn tkompli l-quddiesa fid-9.30am bis-sehem tat-tfal.
  • Kummissjoni Djakonija: Din hi l-aħħar ġimgħa għall-ġbir ta’ ikel u toiletries għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Għid jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Seba’ viżti:  Se jsir pellegrinaġġ nhar il-Ġimgħa l-Kbira fejn inżuru altari ta’ riposizzjoni f’kappelli u knejjes f’Ħal Għaxaq, il-Gudja u ż-Żejtun.  Nitilqu minn Spinola fid-8.45am u naslu lura fis-1.00pm.  Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
  1. May we remind you that tomorrow’s/this evening’s mass will be held at Lapsi Church.
  • Lenten Retreat:  There will be a morning Lenten retreat on Tuesday being a public holiday.  We start with a Mass at 9am at the parish church and proceed to the conference hall.  It will be led by Fr Keith Bonnici who led the spiritual exercises.  Mass times will be the same as weekdays but it would be nice to hear Mass to bless this day with our participation.
  • Confessions: In preparation for the Feast of Our Lady of Sorrows, on Wednesday from 6.00pm to 8.00pm there will be priests available for confessions (including priests from outside the parish) as well as time for silent adoration in front of the Blessed Sacrament in the Parish Church.
  • Feast of Our Lady of Sorrows (Friday):
  • 5.00pm: Evening Mass at the Immaculate Conception Chapel;
  • 5.30pm: Evening Masses at Lapsi Church;
  • 6.30pm: Penitential pilgrimage with the statue of Our Lady of Sorrows, leaving from the parish church’s car park, up Lapsi Street, into St Angelo Street, down B’Kara Hill, through Main Street and Mons Guido Calleja Street and back to the Parish Church, followed immediately by Mass at about 7.45pm.
  • Holy week concerts:  Spinola Band Club will be having a concert on Wednesday at 7.45pm while St Julians Band Club has a concert on Saturday at 7.30pm, both being held at Lapsi Church.
  • Palm Sunday: On Sunday at 9.00am the olive tree branches will be blessed at Lapsi Church.  We encourage all children to dress up as biblical personalities so that we will then proceed to the parish church where Mass will continue at 9.30am with the children’s participation.
  • The Diaconia Commission: This is the last week where we are collecting food items and toiletries.  We will also be distributing a warm meal to the Parish’s needy families again.  Anyone who would like to help out or even make a donation can contact the Parish Office.  We thank you in advance.
  • Seven visits: On Good Friday we shall be organising a pilgrimage where we shall visit altars of repose in churches and chapels in the villages of Ghaxaq, Gudja and Zejtun.  We leave from Spinola at 8.45am and return at 1pm.   Bookings at the parish office.

About the author

Ikkummenta