AVVIŻI – PARISH NOTICES 23 – 24 ta’ Marzu 2024

  • Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju: Din il-ġimgħa għandna l-ġimgħa magħrufa bħala tas-Sagrifiċċju. Filwaqt li nirringrazzjawkom tad-donazzjonijiet li għamiltu għall-familji fil-bżonn f’San Giljan, min jixtieq jagħmel donazzjonijiet għall-karita’ f’Malta, jista’ jgħaddi donazzjoni lilna s-saċerdoti biex nibgħatuhom lis-Segretarjat Assistenza Soċjali.
  • Via Sagra:  Nhar it-Tnejn ser issir Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali. Nibdew fis-7.00pm.
  • TRIDU TAL-GĦID

Ħamis ix-Xirka:   –    Filgħodu ma jsirx quddies;

  • Quddiesa fid-9.30am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija minn Mons. Arċisqof fejn jitbierku z-zjut li jintużaw fis-sagramenti;
  • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
  • Wara l-quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi isiru s-Sebgħa Viżti organizzati għall-komunita’;
  • Fis-7.00pm issir quddiesa u l-ħasil tar-riġlejn;

–     Mill-10.00pm sal-11.00pm, issir adorazzjoni organiżżata.

          Il-Ġimgħa l-Kbira:          Jum ta’ Sawm u Astinenza

                                               –      Il-Knisja tiftaħ mis-7.30am sa’ nofsinhar għall-viżti;

–      fit-8.00am ħa jkollna l-uffiċċju tal-qari u l-Lawdi (t-talba ta’ filghodu)

–      Fit-3.00pm issir il-funzjoni bil-Qari tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.

          Sibt il-Għid:                    Filgħodu ma jsirx quddies;

                                          –     Fit-8.00pm tibda ċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid.

Waqt dan it-Tridu tal-Għid tista’ tintrebaħ l-indulġenza plenarja bil-kundizzjonijiet tas-soltu partikolarment waqt it-Tantum Ergo f’Ħamis ix-Xirka, waqt l-adorazzjoni tas-Salib fil-Ġimgħa l-Kbira u waqt it-tiġdid tal-wegħdiet tal-magħmudija fil-Vġili tal-Għid. Dan jista’ jiġi offrut ukoll għal ruħ fil-purgatorju.

  • L-Għid il-Kbir: Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja.
  • Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu hemm coffee morning fis-sala.
  • Wirja Arti Sagra:  Il-Kazin Banda San Giljan se jtella’ wirja ta’ arti sagra minn artisti lokali.  Ħinijiet tal-ftuħ jinkisbu min-notice boards.
  • Ħin tas-Sajf:  Matul il-weekend li ġej, jinbidel il-ħin għal dak tas-sajf u għalhekk il-quddiesa tal-Ħadd li ġej filgħaxija tkun fis-7.00pm.
  • Week of Sacrifice: This week is known as the Week of Sacrifice.  While we thank you for your donations for the needy families in St Julians, during this week we are accepting donations for other local charities which you can forward to one of the priests.  We will then forward the donations to the Social Assistance Segretariat.
  • Via Sagra: A Via Sagra will be held at the Parish church on Monday at 7.00pm.
  • EASTER TRIDUUM
  • Maundy Thursday:    Mass is not celebrated in the morning;
  • Mass at St John’s co-Cathedral at 9.30am led by the Archbishop during which the oils used for the sacraments will be blessed.
  • 5.30pm: Mass at Lapsi Church and at the Chapel of the Immaculate Conception;
  • After the Mass at Lapsi Church, the Seven Visits will be led for the community;
  • 7.00pm: Mass which includes the washing of the feet of members of the community;
  • 10.00pm to 11.00pm: organised adoration in the Parish Church.
  • Good Friday:                  A day of fasting and abstinence
  • The Parish Church opens at 7.30am to noon for prayer.
  • At 8.00am we celebrate the Office of Readings and Lauds (morning prayer).
  • At 3.00pm: Good Friday function, reading of the Passion, Adoration of the Cross and Communion.
  • Easter Vigil:              Churches are closed in the morning.
  • 8.00pm: Celebration of the Easter Vigil.
  • A plenary indulgence may be obtained during the Easter Triduum under the usual conditions, in particular during the Tantum Ergo on Maundy Thursday, during the Adoration of the Cross on Good Friday and during the renewal of the baptismal promises during the Easter Vigil.  This may also be offered for a soul in purgatory.
  • Easter Sunday: After 9.30am mass, figolli will be blessed and given out to the children on the Church parvis.  Mass times will be the same as every Sunday.
  • Coffee morning:  On Tuesday there is a coffee morning at the conference hall after 9am mass.
  • Exhibition of Holy Art:  The St Julians Band Club has set up an exhibition of holy art made by local artists.  Opening times are on the notice boards.
  • Summer Time: Next weekend, we switch our clocks to Summer time, so we remind you that the evening mass at the Parish Church during the week and on Sunday evenings will be at 7.00pm.  

About the author

Ikkummenta