AVVIŻI– PARISH NOTICES 9 – 10 ta’ Marzu 2024

  • Akkumpanjament spiritwali għal persuni sseparati: Se jsiru eżerċizzi wkoll għal persuni sseparati fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana din il-ġimgħa min nhar it-Tnejn/għada sal-Ġimgħa fis-6.30pm.
  • Eżerċizzi għal kulħadd:  Nhar il-Ħamis fis-7.00pm inkomplu bl-eżerċizzi tar-Randan fil-Knisja Parrokkjali. 
  • Irtir tar-Randan: Nhar it-Tlieta 19 ta’ Marzu, festa publika, ser isir nofstanhar ta’ riflessjoni għar-Randan. Nibdew bil-quddiesa fid-9am fil-Knisja Parrokkjali u nkomplu fis-Sala tal-konferenzi ma’ Fr Keith Bonnici li mexxa l-eżerċizzi.
  • Lectio Divina:  Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se jkolna l-aħħar Lectio Divina għal żmien ir-Randan li se jsir fil-kamra numru 3 fiċ-Ċentru San Ġiljan.  Dan se jkun ukoll online u il-ħolqa tkun aċċessibbli mill-paġna tagħna tal-Facebook dakinhar.
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Il-ħarġa li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa.  Nitilqu minn Ta’ Giorni fl-10.30am u Spinola fil-10.40am għal quddiesa fil-kappella ta’ San Gwann Evangelista f’Bahar ic-Cagħaq u nkomplu b’ikla fil-Paparazzi restaurant.
  • Avviż:  Nhar il-Ħadd li ġej taħbat il-festa ta’ San Patrizju.  Dakinhar il-quddies ta’ filgħodu jsir bħas-soltu imma l-quddiesa tas-6.30pm se ssir fil-knisja ta’ Lapsi.  Nirringrazzjaw lill-Kunsill Lokali talli l-permessi tad-daqq tal-musika inħarġu mis-1pm u b’hekk s-sound mhux sa jaffettwa l-quddies ta’ filghodu.
  • Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel u toiletries għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Għid jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Seba’ viżti:  Se jsir pellegrinaġġ nhar il-Ġimgħa l-Kbira fejn inżuru sepulkri f’kappelli u knejjes f’Ħal Għaxaq, il-Gudja u ż-Żejtun.  Nitilqu minn Spinola fid-8.45am u naslu lura fis-1.00pm.  Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
  • Laqgħa ta’ formazzjoni għall-Familji:  Il-Kummissjoni Familja tal-Parroċċata’ Pembroke se torganizza laqgħa ta’ formazzjoni.  Il-kelliem tal-laqgħa se jkun Fr. Marcellino Micallef bit-titlu ‘Jekk trid il-paċi fid-dinja mur ħobb lill-familja’, nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu fil-5:15pm fis-sala parrokkjali ta’ Pembroke.
  • Kors ta’ Kana bl-Ingliż:  Se jibda kors ta’ Kana għat-tħejjija għaż-żwieġ bl-Ingliż wara l-Għid.  Min se jiżżewweġ fis-sentejn li ġejjin hu mħeġġeġ li jattendi.  Iktar informazzjoni mill-website www.canamovement.org.
  • Spiritual accompaniment for separated persons:  These are going to be held at the Archbishop’s Curia from this Monday until Friday, starting at 6.30pm.
  • Spiritual Exercises:  The next session of spiritual exercises will be held on Thursday at 7pm.
  • Lenten Retreat:  There will be a morning Lenten retreat on Tuesday 19th March, public holiday.  We start with a Mass at 9am at the parish church and proceed to the conference hall.  It will be led by Fr Keith Bonnici who led the lenten talks.
  • Lectio Divina:  The final Lectio Divina will be held after the evening Mass on Friday.  This will be streamed online and the link will be available on our Facebook page during the day.
  • Grupp Hbiberija outing:  The next outing will be held on Friday.  We leave from Ta’ Giorni at 10.30am and Spinola at 10.40am for a Mass at the San Gwann Evangelista Chapel in Bahar ic-Caghaq and proceed for lunch at the Paparazzi restaurant.
  • St Patrick’s day notice:  The 6.30pm mass usually held at the Parish Church on Sunday will be held at Lapsi Church.  All morning masses remain the same.  We thank the Local Council for not issuing permits during the morning Mass times.
  • The Diaconia Commission is collecting food items and toiletries in the baskets provided at the back of the Church.  It will also be distributing a warm meal to the Parish’s needy families again.  Anyone who would like to help out or even make a donation can contact the Parish Office.  We thank you in advance.
  • Seven visits: On Good Friday we shall be organising a pilgrimage where we shall visit sepulchres in churches and chapels in the villages of Ghaxaq, Gudja and Zejtun.  We leave from Spinola at 8.45am and return at 1pm.   Bookings at the parish office.
  • A Meeting for Family Formation:  The Pembroke Commission of the Family is organising a formation meeting on Saturday 23rd March at 5.15pm at the parish hall. It will be led by Fr Marcellino Micallef and is entitled, ‘If you want peace in the world, love your family’.
  • Marriage preparation course in English:  This will be held on Monday evenings starting on the 8th April.  We strongly urge those couples getting married in the next two years to attend this course.  More information and booking on www.canamovement.org.

About the author

Ikkummenta