AVVIŻI – PARISH NOTICES 13 – 14 ta’ April 2024

  • Ġabra għall-Karita’: Dan il-weekend niċċelebraw Jum il-Karita’.  Id-Djakonija f’Malta toffri ħafna għajnuna lil dawk li jiġu bżonnha fosthom persuni bla saqaf, tfal u żagħżagħ f’diffikultajiet serji, nisa ttrati hażin, dawk li waqgħu fil-vizzju tad-droga, persuni b’diżabbilta’, immigranti u refuġjati.  Inħeġġukom biex tikkontribwixxu b’ġenerożita’ fil-ġbir kollu tal-lum. 
  • L-Ewwel Qrara:  Nhar it-Tlieta fil-5.00pm fil-Knisja Parrokkjali se ssir l-ewwel qrara għat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Ġunju u fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tagħhom.
  • Grupp Ħbiberija:  Il-ħarġa li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa. Se ssir quddiesa ż-Żebbiegħ u wara ikla l-Imġarr.  Nitilqu minn Ta’ Giorni fl-10.15am u minn Spinola fl-10.20am.
  • Family buffet lunch: Nhar il-Ħadd 21 ta’ April se jsir fundraising buffet lunch fis-Sala.  Dan jinkludi ikel, ilma u nbid. Donazzjonijiet ta’ €35 għall-adulti u €12 għat-tfal ta’ taħt it-12-il sena.  Bookings fl-uffiċċju parrokkjali.
  • Ġimgħa Ewkaristika: Minn nhar it-Tnejn 22 sal-Ħadd 28 ta’ April se ssir Ġimgħa Ewkaristika madwar Malta fl-okkażjoni tat-tberik tal-Kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa Annunzjata fil-Furjana.  Wieħed jista’ jara l-programm kollu fuq in-notice boards tal-parroċċa.
  • Ħarġa għall-familji:  Nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju, festa pubblika, se ssir ħarġa għall-parroċċani kollha.  Trasport jitlaq minn Spinola fl-10.00am u naslu lura sas-1pm.  Se nimxu bejn ir-Rabat u Ħaż-Żebbuġ.  Min hu nteressat jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Flimkien: Il-fuljetti Flimkien waslu u tistgħu tieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja. Il-helpers li offrew li jqassmu fid-djar lil dawk li abbonaw fih jistgħu jiġbru l-fuljetti jew mis-sagristija jew minn fejn miftiehem magħhom.  Nirringrazzjawkom tal-għajnuna.
  • Collection for Charity: This weekend we will celebrate the Day of Charity.  Help is offered to those who need it by the Diaconia in Malta, including the homeless, children and youths in serious difficulties, badly treated women, those who fell in the habit of taking drugs, the disabled, immigrants and refugees.  We encourage you to be generous in your donations this weekend.
  • First Confession:  This will be held for those children doing their First Holy Communion this year on Tuesday at 5pm at the Parish Church.  A meeting will also be held for their parents at the same time.  Let us pray for these children and their families so the choice they made for their children to receive the sacrament will reap the desired fruit.
  • Grupp Hbiberija:  The next outing will be held on Friday.  We will have Mass at Zebbiegh followed by lunch at Mgarr.  Departure from Ta’ Giorni at 10.15am and from Spinola at 10.20am.
  • Family buffet lunch: A fundraising buffet lunch will be held at the conference hall on Sunday 22nd April at 1pm.  Tickets are available from the parish office.  Donations are €35 per adult and €12 per child, including wine and water.
  • Eucharistic week:  From Monday 22nd to Sunday 28th April a Eucharistic Week around Malta will be celebrated on the occasion of the blessing of the Perpetual Annunciation Adoriation chapel in Floriana.  The programme is on the notice boards.  Remember that we have two adoration chapels, one in the car park and another at the Millenium Chapel.  The Lord awaits us there.
  • Outing for families:  There will be an outing for all on Wednesday 1st May being a public holiday.  Transport leaves Ta’  Giorni at 9.50am and Spinola at 10.00am and we return by 1pm.  We shall walk between Rabat and Zebbug and stop for brunch. Price €10 including transport and brunch. Reservations at the parish office.
  • Flimkien pamphlets:  You may collect your copy from the church doors.   Those who offered to help distribute to the subscribers can collect it from the sacristy or their collection point.  Thanks to all for your help.

About the author

Ikkummenta