AVVIŻI – PARISH NOTICES 27 – 28 ta’ April 2024

  • Ħarġa għall-familji:  Għad fadal xi postijiet għall-ħarġa ta’ nhar l-Erbgħa. Trasport jitlaq minn Ta’ Giorni fl-9.50am u Spinola fl-10.00am u naslu lura sas-1pm.  Min hu nteressat jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn/għada.
  • Adorazzjoni għall-vokazzjonijiet: Il-Ħamis 2 ta’ Mejju qed tiġi organizzata adorazzjoni u quddiesa għall-vokazzjonijiet fis-seminarju bis-sehem ta’ xi parroċċi, fosthom il-parroċċa tagħna.  Għaldaqstant sa norganiżżaw trasport b’xejn li jitlaq minn Spinola fil-5.30pm. L-adorazzjoni tibda fis-6.30pm u l-quddiesa fis-7.20pm. Nħeġġukom biex tattendu biex nitolbu flimkien bħala komunita’. Min hu nteressat icempel l-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn/għada.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
  • May fair: Nhar il-Ħadd se ssir fiera ġewwa l-iskola primarja ta’ San Giljan mid-9am sal-4pm u jkun hemm attivita’ tas-civil protection fl-10am, car boot sale, bouncy castle u affarijiet għall-bejgħ anki affarijiet maħdumin bl-idejn.
  • Fund raising pasta night: Se tiġi organizzata Pasta Night b’risq ir-restawr tal-Knisja ta’ Lapsi, nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Mejju fit-8.15pm fis-Sala tal-Konferenzi. Għal min jixtieq, qabel il-pasta night, fis-7.00pm ser ikun hemm ukoll it-tombla. Bookings mal-membri tal-kumitat tal-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi.
  • Laqgħa mill-Qrib:  Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju bejn l-10.30am u s-1.00pm se ssir il-Laqgħa mill-Qrib għall-għarajjes li se jiżżewġu fis-sitt xhur li ġejjin u li lestew il-Kors ta’ Kana.  Min jixtieq jinkiteb, mitlub iċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Outing for families:  A few places are left for Wednesday’s outing.  Transport leaves Ta’  Giorni at 9.50am and Spinola at 10.00am and we return by 1pm.  Reservations at the parish office until Monday/tomorrow.
  • Adoration for vocations:  An adoration for vocations is being organised on Thursday 2nd May at the seminary, together with the participation of a few parishes including ours.  For this reason we are offering free transport from Spinola at 5.30pm.  Adoration starts at 6.30pm and Mass at 7.20pm.  We encourage you to attend to pray together as a community.  Contact the parish office to book until Monday/tomorrow.
  • First Friday:  On Friday being first Friday there will be an adoration after evening Mass at 7pm.
  • May Fair: The May Fair is being held at the primary school on Sunday from 9am until 4pm.  There will be a civil protection activity at 11am, as well as a car boot sale, a bouncy castle, as well as hand made items for sale.
  • Fund raising pasta night:  This will be held on Friday 10th May at 8.15pm at the conference hall in aid of the ongoing Lapsi restoration works.  At 7pm there will also be a tombola.  Bookings will be taken by the Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi.
  • Laqgħa mill-Qrib:  This will be held on Sunday 26th May between 10.30am and 1pm.  This is meant for those engaged couples getting married in the next six months and have attended the Cana Course.   One can call the parish office to book.

About the author

Ikkummenta