AVVIŻI – PARISH NOTICES 6 – 7 ta’ April 2024

  • Tarbija fil-Ġuf:  Nhar it-Tnejn/Għada, il-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, fis-Santwarju tal-Mellieha, se ssir quddiesa fis-6.30pm mill-E.T. l-Isqof Joe Alessandro OFM Cap.  Mistiedna speċjali huma l-ommijiet li qed jistennew tarbija.
  • Assemblea Parrokkjali:  L-Assemblea Parrokkjali se ssir nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm fis-sala Ġwanni Pawlu II.  It-tema ta’ din is-sena hi Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed.  Kulħadd hu mħeġġeġ jattendi.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Ġabra għall-Karita’: Il-weekend li ġej niċċelebraw Jum il-Karita’.  L-iskop ta’ dan il-jum hu li nsiru konxji mis-servizzi ta’ karita’ li toffri l-Knisja lil min hu mġarrab.  Id-Djakonija f’Malta toffri ħafna għajnuna lil dawk li jiġu bżonnha fosthom persuni bla saqaf, tfal u żagħżagħ f’diffikultajiet serji, nisa ttrati hażin, dawk li waqgħu fil-vizzju tad-droga, persuni b’diżabbilta’, immigranti u refuġjati.  Inħeġġukom biex tikkontribwixxu b’ġenerożita’ fil-ġbir kollu tal-weekend li ġej.  Din l-għotja ta’ darba fis-sena tgħin biex l-entitajiet tagħna fid-Djakonija jkunu jistgħu jkomplu joffru s-servizzi tagħhom.
  • Family buffet lunch: Nhar il-Ħadd 21 ta’ April se jsir fundraising buffet lunch fis-Sala.  Dan jinkludi ikel, ilma u nbid. Donazzjonijiet ta’ €35 għall-adulti u €12 għat-tfal ta’ taħt it-12-il sena.
  • Unborn Child: On Monday/tomorrow, the feast of the Annunciation of the Lord, a Mass will be held in the Mellieha Sanctuary at 6.30pm led by H.E. Bishop Joe Alessandro OFM Cap.  Expectant mothers are especially invited to attend.
  • Parish Assembly: We will be having the parish assembly at the Pope John Paull II Hall on Friday at 7.30pm.   This year’s theme is One Church, One Journey.  Everyone is encouraged to attend.
  • Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
  • Collection for Charity: Next weekend we will celebrate the Day of Charity.  This day aims to make us more conscious of the services the Church offers to those in need. Help is offered to those who need it by the Diaconia in Malta, including the homeless, children and youths in serious difficulties, badly treated women, those who fell in the habit of taking drugs, the disabled, immigrants and refugees.  We encourage you to be generous in your donations next weekend. This once yearly donation helps the Diaconia greatly to continue with this charitable work.
  • Family buffet lunch: A fundraising buffet lunch will be held at the conference hall on Sunday.  Tickets including buffet lunch and wine or water are available from the parish office and donations are €35 per adult and €12 per child.

About the author

Ikkummenta