AVVIŻI – PARISH NOTICES 15 – 16 ta’ Ġunju 2024

  • Parroċċa Balluta – Ħamsin sena anniversarju: Fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Balluta illejla qed issir quddiesa mmexxija mil-Provinċjal tal-Karmelitani bis-sehem, fost oħrajn, ta’ Fr Joshua bħala l-Amministratur Parrokjali li sa jmexxi l-Parroċċa wara li tiġi afdata f’idejn id-djoċesi mil-Karmelitani kif ukoll ta’ Fr Paul, il-kappillan ta’ San Ġiljan, għax parti mil-parroċċa tal-Balluta ħarġet minn San Ġiljan.
  • Għada/illum, il-Ħadd, fl-10am sa jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu f’xi toroq tal-parroċċa tal-Balluta.
  • Filwaqt li nifirħu lill- Parroċċa tal-Balluta, tajjeb li nżommuhom fit-talb tagħna u nitolbu għal Fr Joshua li sa jmexxi din il-parroċċa fil-futur qarib.
  • Għoti tad-Demm l-Ibraġġ: Il-Mobile Unit għal-ghoti tad-demm sa jkun ħdejn il-Knisja tal-Ibraġġ għada/illum il-Ħadd 16 ta’ Ġunju mit-8:30am sas-1:00pm. Grazzi f’isem il-pazjenti bil-quddiem.
  • Coffee morning:  Dan se jsir nhar it-Tlieta fid-9.30am fis-sala tal-konferenzi.
  • Grupp Ħbiberija: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi l-laqgħa li jmiss tal-Grupp Ħbiberija se issir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju.  Tluq minn Ta’ Giorni fid-9.30am u minn Spinola fl-9.40am. Nibdew b’quddiesa  z-Zebbiegħ segwita minn ikla f’ Għajn Tuffieħa.  Ritorn lura fis-2.00pm.
  • Uffiċċju Parrokjali: Infakkrukom li l-uffiċċju parrokkjali sa jkun magħluq nhar it-Tlieta u l-Ħamis.
  • Ġabra Festa. Sa jitqassmu fid-djar envelopes biex wieħed jista’ jagħti donazzjoni għal-festa liturġika. Kull kontribuzzjoni tintlaqa’ u naprezzaw il-ġenerożita tagħkom biex nkunu nistgħu niċċelebraw festa bilanċjata f’ġieħ il-patrun tagħna, San Ġiljan.  Naprezzaw li dawn id-donazzjonijiet jaslu ghandna sal-15 ta’ Lulju biex b’hekk inkunu nafu fejn aħna.
  • Nfakkru lil dawk li jqassmu l-envelopes biex, jekk jogħoġobkom, tiġbru l-pakkett tagħkom mis-sagristija jew fejn miftiehem. Grazzi tas-servizz tagħkom.
  • Happy Father’s day lill-missirijiet kollha
  • Balluta Parish – 50th anniversary: On the occasion of the 50th anniversary of the establishment of Balluta parish, this Saturday evening, a Mass led by the Carmelite Provincial is being celebrated with the participation of Fr Joshua, as the Parish Administrator who will lead the parish after the parish is handed over to the diocese by the Carmelites. Fr Paul, the parish priest of St Julian, is also taking part, due to the fact that, part of the parish of Balluta formed part of our parish.
  • On Sunday at 10am, a pilgrimage with the statue of Our Lady of Mount Carmel will be held in various streets of Balluta parish.
  • While we augur Balluta parish on this anniversary, we keep them in our prayers and above all, we pray for Fr Joshua who will be leading the parish in the near future.
  • Blood donations at Ibraġġ: The mobile unit for blood donations will be by the Ibraġġ parish church on Sunday 16th June between 8:30am and 1:00pm. We thank  you in the name of the benefiting patients.
  • Coffee morning:  this will be held at the conference hall at 9.30am on Tuesday.
  • Grupp Hbiberija: The next outing will be held on Friday.  We depart from Ta’ Giorni and 9.30am and from Spinola at 9.40am. Mass will be held at Zebbiegh followed by lunch at Ghajn Tuffieha.  We return at 2pm.
  • We remind you that the parish office will be closed this Tuesday and Thursday.
  • Feast Collection. Envelopes where one can place a donation in aid of the liturgical feast will be distributed to each household in the parish. Each contribution is welcome and we appreciate your generosity so that we can celebrate a balanced feast in honor of our patron saint. St Julian. We appreciate it if these donations are received by the 15th July in order to ascertain the financial situation.
  • We remind those who distribute these envelopes to kindly collect them from the sacristy or where it was agreed to collect them from. We thank you for your service.
  • Happy father’s day to all fathers.

About the author

Ikkummenta